Il-Presidenti tas-Soċjeta'

Skont il-kotba tal-minuti jidher li l-ewwel President taċ-Circolo San Gabriele kien is-Sur Albert Pearson. Fil-Kotba tal-Minuti hemm li Pearson kien l-ewwel persuna li ħallas it-tessera tiegħu.
F’dokument Introito e Esito li jġib id-data ta’ 14 ta’ Novembru 1920, insibu li Emanuel Galea jiffirma bħala President u għalhekk sar it-tieni President taċ-Circolo f’dik il-ħabta. Għas-sena 1922 naraw lil Carmelo Buhagiar bħala President, Emanuel Galea jerġa’ fis-sena 1923 u Carmelo Buhagiar jerġa’ jkun President fis-sena 1924 sal-1925. Fis-sena 1926 jilħaq Luqa Agius segwit minn Salvu Attard fis-sena 1927 li niftakru kien wieħed mit-3 rappreżentanti li marru quddiem il-Kappillan Sisner sabiex tinfetaħ Soċjetà ġdida. Għal sentejn, jiġifieri fis-snin 1928 u 1929 insibu lil Giuseppe Sammut sakemm fis-sena 1930 insibu lil Ġanni Borg. Għal ftit xhur fis-sena 1931 jilħaq Pawlu Agius u jerġa’ Ġanni Borg sakemm fis-sena 1932 jilħaq Giuseppe Muscat (wieħed mit-3 rappreżentanti tal-bidu u President fis-sena 1921) segwit minn Valent Muscat għal ftit xhur fis-sena 1933. Mill-istess sena sat-tmiem tal-gwerra nsibu lil Ġanni Borg. Għal ftit żmien fis-sena 1946, issa bl-isem ta’ Għaqda San Gabriel, jilħaq President Anton Stivala u fis-sena ta’ wara jerġa’ Ġanni Borg li jdum sal-1953 fejn hawn bit-twaqqif tal-banda, l-isem isir Każin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920. Fis-sena 1953, Alfred Brincat isir President. Fis-sena 1974 sas-sena 1990, il-Presidenza tkun f’idejn Gabriel Caruana, Padrun tas-Soċjeta’ u Fundatur tal-Banda San Gabriel. Imbagħad għal 7 snin insibu lil Guido Borg sakemm fis-sena 1997 leħaq ħuh Lino Borg li hu l-President attwali.
Ninnutaw li fis-snin 20, il-Presidenza kienet tkun għal terminu ta’ sena waħda biss. Kienet bħala proċedura ta’ dawk iż-żminijiet li l-Presidenza tkun għal sena waħda biss. Ma rridux ninsew li f’dawk iż-żminijiet kienu jsiru 2 Seduti Ġenerali fis-Sena. Waħda minnhom kienet tkun eżattament fl-Ewwel tas-Sena (l-1 ta’ Jannar) u l-oħra ġeneralment qrib l-aħħar ta’ Ġunju bidu ta’ Lulju. Pero’ kif nersqu lejn it-tletinijiet, din is-sitwazzjoni dwar il-Presidenti ma tidhirx aktar. Ġanni Borg kien leħaq President fis-sena 1933 u dam sas-sena 1945, tajjeb li nsemmu li pajjiżna bejn is-snin tal-1939 u l-1942 kien fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinija. Alfred Brincat kien l-aktar President li dam jokkupa din il-pożizzjoni. Hu dam għal 21 sena sħaħ bejn l-1953 u l-1974.

Sa mill-1920.