Sehem il-Każin tal-Banda San Gabriel fil-Karnival ta’ Malta
Fl-imgħoddi l-Każin tal-Banda San Gabriel kien jieħu sehem fil-karnival fil-Belt Valletta, b’xi karru dekorat jew kumpanija taż-żfin.
Fuq nota storika, biex iqajmu l-karnival, fl-1926 ittieħdet id-deċiżjoni li jistiednu lill-każini tal-baned kollha ta’ Malta biex jieħdu sehem. Il-baned għoġbithom l-idea u bdew jipparteċipaw, b’xi karru dekorat, maskri grotteski, u kumpaniji taż-żfin akkumpanjati mill-istess baned. B’hekk inħolqot il-kompetizzjoni li għada ssir sal-lum.
Sehem il-Każin tal-Banda San Gabriel fil-karnival Malti beda wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Dan kien fuq l-inizjattiva tas-Sur Gabriel Caruana. Kien żmien meta l-każin kien qed jaħdem fuq proposta ta’ Caruana, biex titwaqqaf banda. Iżda waqt li l-ewwel allievi kienu qed jiġu ppreparati biex il-Banda San Gabriel titwieled u tagħmel l-ewwel debut tagħha fit-23 ta’ Marzu 1952, Caruana ħareġ bi proposta oħra – dik li jieħdu sehem fil-karnival, li sar fi Frar ta’ dik is-sena.
Ix-xogħol għal Gabriel kien faċli, għax hu kien artist u b’hekk seta’ jiddisinja l-karru jew il-maskri grotteski, kif ukoll il-kostumi tal-parteċipanti. Dawk li kienu jieħdu sehem kienu jkunu membri jew partitarji tal-każin. Barra dan, l-istess membri jew partitarji kienu jibnu l-karru jew il-maskri li Garbriel ikun pinġa. L-influwenza tal-arti moderna li bdiet dieħla f’Malta, Gabriel beda jesprimiha fid-disinni li kien jagħmel, u ftit ftit bdiet dieħla wkoll fil-karnival. Dan bil-għajnuna wkoll ta’ artisti oħra bħal Esprit Barthet, Antoine Camilleri, Frank Portelli u Envin Cremona, li huma wkoll iddisinjaw numru kbir ta’ maskeruni, kostumi, karrijiet u dekorazzjonjiet għall-karnival.
L-ewwel avventura tal-karnival bdiet fl-1952 meta l-każin ħa sehem b’karru dekorat, u kumpanija taż-żfin bl-isem ta’ Catching fish with ties instead of rods and lines. Il-karru kien juri raġel qed jaqbad ħuta b’ingravata, waqt li l-ħuta kienet qiegħda fuq kenur kbir. Ma’ dan kien hemm kumpanija taż-żfin bil-kostum li kienet iffurmata kollha minn irġiel, membri u partitarji tal-każin. Fl-organizzazzjoni u fix-xogħol ta’ dan l-ewwel karru kien għen ukoll is-Sur Alfred Muscat. Is-suċċess kien mill-ewwel għax kienu ħadu l-ewwel premju. L-anzjani baqgħu jiftakru sewwa dan il-karru u r-rebħa li ġab. Il-ferħ li rrenja fost il-Balzanin ġiegħel lil Nazju Magro jaqta’ ras il-maskerun, u jtellagħha mal-arblu tal-każin għal tlitt ijiem b’lampa tixgħel ġo fiha.
B’dan l-ewwel suċċess ġegħelhom jerġgħu jieħdu sehem is-sena ta’ wara, din id-darba b’karru kbir bl-isem ta’ Day and Night, li, iżda ma rebaħ xejn. Dan ma qatax qalb il-partitarji għax is-sena ta’ wara, fl-1954, il-każin reġa’ ħa sehem b’karru dekorat u b’kumpanija bil-kostumi għall-irġiel bl-isem ta’ Coming from the moo, li kien juri mostru bi tliet irjus imdawra b’numru ta’ nani karnivaleski. Il-ġurija tat it-tieni premju lil din il-kumpanija, minħabba l-kuluri sbieħ u l-kostumi maħduma tajjeb, kif ukoll ir-raba’ premju fil-kategorija ta’ kumpanija bil-kostum.
Fis-snin 1955, 1956 u l-1957 il-każin San Gabriel ma ħax sehem fil-karnival. Iżda fis-sena ta’ wara, jiġifieri fl-1958, il-każin reġa’ kellu suċċess ieħor, meta ħa l-ewwel premju bil-kumpanija bil-kostum Spotty Sputniks dejjem xogħol Gabriel Caruana. Mal-kumpanija sar ukoll karru, li tiegħu ma ħadu xejn. Kellhom jgħaddu ftit snin mhux ħażin biex il-każin reġa’ ħa sehem, din id-darba fil-karnival tal-1972, bil-kumpanija taż-żfin u karru, bl-isem Los Sombrero Dancers. Din il-kumpanija, li kienet f’idejn Domnic u Alfred Muscat, kisbet it-tielet post għall-kumpanija bil-karru, waqt li ż-żifna bil-kostum ħadet it-tieni post.
L-aħħar parteċipazzjoni tal-każin fil-karnival kien f’dak tal-1986, meta ħa sehem bil-karru u żifna bil-kostum bl-isem ta’ U x’fatta skantajt b’li joħroġ mill-bajd. Il-karru, xogħol is-Sur Marco Bartolo ġie klassifikat fit-tieni post.
Riferenzi:
Anton Camilleri