http:www.stgabrielbandclub.com
  • Home
    • Djarju tas-Soċjeta'
    • Nostalġija mill-Imgħoddi >
      • Karnival
  • Festa 2017
  • Festa 2016
  • Teatru Manoel
    • Ritratti Sergio Muscat
    • Ritratti Daryl Cauchi
  • Każin
    • Presidenti
    • Kumitati
    • Idħol Membru
  • Festa
    • Banda
    • Nar
  • Ġimgħa Mqaddsa
  • Pubblikazzjonijiet
    • Ktieb tal-Festa 2017
    • Ktieb tal-Festa 2016
    • Nani u Ħal Balzan
    • Ktieb tal-Festa 2015
    • Ktieb 90 Sena Soċjeta'
  • Book Swap
  • Restaurant
  • Kuntatt
  • English
  • Festa 2016
  • New Page
  • Festa 2016



It-Twaqqif taċ-Circolo San Gabriel

Picture1922 - L-ewwel membri taċ-Circolo San Gabriele.
Wara l-festa tal-Lunzjata tas-sena 1920, li kienet nieqsa mill-baned, min-nar u mill-armar minħabba li l-parroċċa kienet qed tiġbor għal sett qniepen ġodda, żgħażagħ li kellhom għal qalbhom il-festa tal-Lunzjata ħassew li l-festa m’għandhiex tintmiss minn kif kienet tiġi ċċelebrata matul is-snin ta’ qabel. Għalhekk missirijietna ħasbu biex iwaqqfu Soċjeta’ ġdida hawn f’Ħal Balzan.  Kienu ħasbu biss dwar il-festa tal-Lunzjata u t-tkabbir tagħha.   

Fl-epoka tal-1920, il-popolazzjoni
ta’ Casal Balzan (hekk jidher isem Ħal Balzan fil-minuti tal-ewwel snin) insibu li kienet tlaħħaq 1,228 li minnhom 512 kienu rġiel u 716 nisa. Fil-qasam tas-saħħa, Casal Balzan kellu wkoll il-berġa tiegħu li kienet taqdi l-irħula ta’ Ħal Lija u  Ħ’Attard ukoll.  It-tabib tad-distrett kien Dott. Tancred Castillo. 

Is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija kienu waslu f’Casal Balzan fis-sena 1920.  Billi kellhom għal qalbhom it-tagħlim, fetħu skola bl-isem Stella Maris School
, li għadha tagħti sehemha fl-edukazzjoni ta’ pajjizna sal-lum bħala l-iskola primarja tal-Kulleġġ San Alwiġi. Skola privata oħra kienet dik elementari għall-bniet biss li fiha kienu jattendu madwar 60 tifla.  Din kienet tinsab fil-Kunvent tal-Buon Pastur fi Triq Idmejda, u bħala sinjora kellha lil Sr. Marija Dolores Bonavia.  L-iskola primarja tal-bniet f’Casal Balzan fis-sena 1920 kienet dik fejn illum hemm il-bini tal-Kunsill Lokali, magħruf bħala Palazzo Testaferrata fil-bidu ta’ Triq il-Kbira, in-naħa ta’ fuq. Bħala skola primarja tas-subien kienet tintuża dik id-dar il-kbira qrib il-Ġnien ta’ San Anton li llum iġġib l-isem  Dar is-Serħ.  F’Casal Balzan konna nsibu wkoll skola ta’ bil-lejl.

PictureĠewwa l-kunvent tal-Buon Pastur.
F’Casal Balzan kont issib ukoll fergħa tal-posta fis-sena 1920, però din għalqet fis-sena 1921. L-għassa tal-pulizija kienet f’salib it-toroq bejn Triq il-Kbira u Triq San Anton, Casal Balzan u Triq Annibale Preca u Triq il-Kbira, Casal Lija. Din l-għassa kienet isservi kemm għan-nies ta’ Casal Balzan kif ukoll għan-nies ta’ Casal Lija. Fil-qasam agrikolu, Casal Balzan kien fl-aqwa tiegħu. ’Il bogħod mill-iżvilupp, Ħal Balzan kien jgħodd sew għalih il-motto ‘Hortibus Undique Septa’ – ‘Imdawwar bil-ġonna minn kullimkien.’  Il-ġonna tal-larinġ u l-arja friska kienu jagħmlu l-qasam agrikolu mfittex. 

Il-
gvernatur ta’ Malta fis-sena 1920 kien Lord Plumer, li serva f’Malta bejn l-1919 u l-1924. L-isqof kien Mons. Dom. Mauro Caruana OSB.  Ittra interessanti li sibt kienet intbagħtet f’Novembru 1924 lil dan l-isqof mis-segretarju Carmelo Buhagiar biex jingħata permess ħalli ċ-Circolo San Gabriele jkun jista’ jagħmel lotteriji ‘che per detta festa occorrono grandi spese.’  Fil-11 ta’ Diċembru 1924, l-Isqof Caruana jibgħat lura ‘non trovo nessuna oggezzione riguardo la grazia domandata.’   

PictureDun Amabile Sisner
Imma x’kien verament il-punt tat-tluq li ġiegħel li tinfetaħ soċjetà ġdida?  F’moħħna jrid ikollna s-sitwazzjoni ta’ pajjiżna.  Ma ninsewx li għaxar xhur qabel kienet faqqgħet r-rewwixta tal-Maltin kontra l-impożizzjoni tal-barrani, f’dan il-każ fil-konfront tal-Gvern Kolonjali Ingliż, f’dik li baqgħet magħrufa bħala s-Sette Guigno. Jingħad li bħal kull ħag’oħra, il-poplu kellu fehmiet differenti f’kull ħaġa, ibda minn kwistjonijiet lokali u spiċċa f’dawk nazzjonali. Jekk niġi għall-kwistjonijiet lokali, jingħad li hawn f’Casal Balzan inħolqet kwistjoni dwar il-qniepen. Fil-bidu tas-sena 1920, il-Kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Amabile Sisner kien ħabbar li ser jibda jiġbor il-flus ħalli l-Parroċċa tkun tista’ tixtri sett qniepen ġodda.  Jidher għalhekk, li l-unika Soċjeta’ li kienet teżisti f’dik l-epoka, iċ-‘Circolo Maria Annunziata’ ddeċieda li ma torganizzax il-festi esterni tal-Lunzjata bħas-snin ta’ qabel ħalli jagħti ċans lill-Kappillan jiġbor il-fondi meħtieġa għall-opra hekk kbira.  

Jingħad li żgħażagħ Balzanin ipprotestaw kontra dan u ddeċidew li huma stess jorganizzaw il-festi esterni f’ġieh il-Lunzjata. Jissemmew ismijiet ta’ Balzanin, fosthom il-kuntrattur magħruf Balzani Mastru Piju Ebejer (1874-1931)
li ħeġġeġ lil dawn iż-żgħażagħ Balzanin sabiex jieħdu dan il-pass. Jingħad li hu kien ta £2 lil Mikiel Micallef Il-Boqboq u lil Manwel Mifsud Ir-Ruħħala u talabhom jiġbru £2 oħra sabiex imorru B’Kara għand Ġanni l-Imgħajjen biex jikru trofej u bnadar ħalli xorta jarmaw għall-festa tal-Lunzjata.

Il-festa titulari tal-Lunzjata kienet saret nhar il-Ħadd 11 t’April 1920, Ħadd fuq l-Għid il-Kbir għax l-Għid il-Kbir kien ġie ċċelebrat fl-4 ta’ April 1920. Kien it-Tnejn ta’ wara, jiġifieri d-19 t’April 1920 li nsibu l-eqdem irċevuta fl-arkivju tal-Każin bl-ittri C.S.G. li juri l-ħlas tal-kiri tas-sede l-ġdida għaċ-Circolo San Gabriel li kien għadu kif infetaħ. Dan juri li dawn iż-żgħażagħ ma kienu lesti jagħmlu l-ebda kompromess ma’ ħadd fir-raħal. Juri wkoll li dawn iż-żgħażagħ kellhom għal qalbhom il-festa titulari tal-Lunzjata u kienu lesti jagħmlu minn kollox basta ma jitnaqqsilhom xejn minn dak li kienu jħobbu…il-festa tal-Lunzjata. Nimmaġina li saru diversi laqgħat mal-Kappillan Sisner, kemm qabel il-festa kif ukoll fil-ġimgħa ta’ wara.  Permezz ta’ dik l-irċevuta, toħroġ il-konklużjoni li d-data uffiċċjali tal-ftuħ ta’ din is-Soċjeta’ l-ġdida għandha tkun id-19 t’April 1920.  
Madanakollu, wieħed ma jistax jeskludi s-sitwazzjoni politika ta’ dak iż-żmien li setgħet b’mod jew ieħor inkoraġġiet liż-żgħażagħ biex jiftħu soċjeta’ ġdida.  Wieħed ta’ min igħid li ċ-Circolo Maria Annunziata kien aktar miġdub lejn il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Nerik Mizzi (1885-1950), mentri n-nies li kienu ġejjin min-naħa ta’ fuq ta’ Ħal Balzan kienu l-biċċa l-kbira miġbudin lejn il-Partit Kostituzzjonali mmexxi minn Sir Gerald Strickland (1861-1940). Allura jista’ jkun li din il-qasma setgħet affettwat l-andament biex tinfetaħ soċjeta’ ġdida hawn f’Ħal Balzan. Guido Borg, fl-artiklu tiegħu ‘Il-Bidu tas-Soċjetà’ fil-Ktieb tal-Festa 1988, jgħid hekk: ‘Għaż-żgħażagħ tas-seklu 20 l-idea li tiġġieled għal drittijietek forsi kienet xi ħaġa ġdida. 
Għalihom kienu żminijiet ta’ tama għal ġejjieni hieni.’ Dawn kienu żgħażagħ li ħadmu u stinkaw sabiex iwelldu soċjetà li maż-żminijiet daħlet fil-qalb tal-Balzanin kollha.  ​
Fl-ewwel irċevuta li għamel il-Kappillan Dun Amabile Sisner nhar it-Tnejn 19 t’April 1920 insibu li sejjaħ lil dawk it-tliet żgħażagħ ‘quali deputati, rappresentanti e soci del Circolo San Gabriele’, xhieda li Giuseppe Muscat (21 sena), Guiseppe Falzon (21 sena) u Salvatore Attard (17-il sena) mhux biss kienu soċi iżda kienu qed jirrapreżentaw lil sħabhom li kienu tawhom l-awtorità biex jieħdu dan il-pass. Dan kollu juri li l-Kappillan Sisner kien jaf x’inhu għaddej sew fir-raħal u dawn iż-żgħażagħ kienu jgħarrfuh b’kollox. Min dan kollu nikkonfermaw li lejn din is-soċjeta’ l-ġdida resqu fi ħdanha diversi żgħażagħ Balzanin.
PictureIl-lapida mal-faċċata tal-ewwel sede.
B’xorti ħażina ma nsibu l-ebda minuti tal-ewwel laqgħa.  Però fil-Ktieb ‘Introito e Esito’ li kienu jżommu f’dawk iż-żminijiet, naraw li ċ-Circolo San Gabriele kien fetaħ b’20 soċju li ħarġu porzjon ta’ 2s 6d(12c5m) kull wieħed.  Hawnhekk ta’ min jinnota li l-kera tad-dar fejn infetaħ il-Każin kienet ta’ £2 kull sitt xhur bil-quddiem.

Fil-minuti tat-28 ta’ Settembru 1920 jidhru r regoli tal-kiri ta’ kamra għall-futbol. Imbagħad insibu wkoll fatt importanti ieħor fir-rendikont tat-13 ta’ Novembru 1920, jiġifieri seba’ xhur wara l-ftuħ tas-
soċjeta’, li d-dħul ta’ 5s (25c) għall-Chera tal-Camra tal-Football, prova li l-futbol kien diġà jeżisti f’Ħal Balzan f’dik is-sena. Kera oħra simili għall-futbol reġgħet issemmiet f’seduta tal-kumitat li saret fit-22 ta’ Jannar 1922.  Dan juri li dilettanti Balzanin tal-futbol kienu jagħmlu użu mill-istess post taċ-Circolo San Gabriele.


Il-Każin f'ħames postijiet differenti

L-ewwel post li nkera għall-każin, dak iz-zmien CIRCOLO SAN GABRIELE, f’numru 5, Triq Santa Marija. Dan il-post infetaħ fid-19 t’April 1920.

It-tieni post li
s-soċi marru fih kien fi Triq il-Knisja biswit l-istess knisja. Il-post infetaħ fit-12 ta’ Gunju 1921. Dan il-post baqa’ jintuza bħala każin għal madwar ħmistax-il xahar.

It-tielet post
infetaħ fis-sena 1925, f’205 Triq il-Kbira. Dan kien post ideali għal dak iz-zmien. F’dak il-perjodu beda jinġabar l-arbural għall-pedestall ta’ Ġuditta kif ukoll saret il-bandalora. Dan il-bini li qed insemmu f’din l-epoka llum twaqqa’ għal kollox biex infetħet il-pjazza kif nafuha llum.

Ir-raba
’ post li ntuża bħala każin kien fi 92, Triq il-Kbira fit-23 ta’ Novembru 1934. Kemm dam jezisti l-każin f’dan il-post sa l-1957, fost l-oħrajn twaqqfet il-Banda San Gabriel.

Il-ħames post li ngawdu llum li nxtara bit-tħabbrik ta’ Gabriel Caruana nfetaħ fl-1 ta’ Settembru 1957. Post maestu
ż taħt id-dell tal-knisja. Anzi dan l-każin jista’ jissejjaħ palazz. Ta’ minn jgħid li mill-1957 ’l hawn f’dan il-post saru ħafna alterazzjonijiet.

L-Arma tal-Każin

PictureL-Arma tal-Każin
Meta wieħed iħares lejn il-faċċata tal-Każin San Gabriel ma jistax ma jintebaħx bl-arma li nħolqot bla ħsieb fl-1928. Fl-1920 ħadd mill-imsieħba ma ħaseb jew ħass il-ħtieġa li jkollhom arma bħal każini oħra. Kellu jkun il-proġett ta’ bandalora ġdida li ġegħelhom jaħsbu fuq hekk.

Meta fl-1928 il-każin kellu xi flus imġemmgħa s-soċi ħasbu biex jonfqu ftit minnnhom biex
ikomplu jsebbħu l-lokal li dak  iż-żmien kien ma’ ġenb il-kampnar tal-knisja, post li illum ma għadux jeżisti għax twaqqa’ biex issir il-pjazza preżenti.

Fis
-7 ta’ Ottubru 1928 il-kumitat iddeċieda li ssir bandalora rrakkmata. F’laqgħa oħra, dik tal-21 tal-istess xahar, il-kumitat approva s-somma ta £30  għal dan il-proġett. Id-disinn tagħha sar bla ħlas mis-Sur Luqa Agius li bejn l-1926 u l-1927 kien president tal-istess każin. Wara tqabbad is-Sur Benjamin Sultana biex jimla b’disinn xieraq il-parti ta’ ġewwa. Ta’ dan Sultana tħallas £3.

Meta d-disinjatur ġie biex jagħmel id-disinn inqal
għet problema. Hu xtaq ipoġġi l-arma tal-każin f’nofs il-bandalora iżda sa dak iż-żmien ħadd ma kien għadu ħaseb biex il-każin ikollu waħda. Malajr ġew avviċinati diversi persuni u sar ħafna tiftix biex ikollhom xi ħjiel tal-arma ta’ San Gabriel, iżda kien kollu għal xejn.

Wara li kull tentattiv spiċċa fix-xejn
, xi ħadd avviċina lil Mons. Carlo Cortis, l-Arċipriet tal- Katidral. Dan issuġġerixxa arma li tkun tikkonssisti f’torri bil-kliem fuqu Fortitudo Dei,  li tfisser ‘Il-Qawwa ta’ Alla’. L-idea ntgħoġbot u b’hekk twieldet dik li llum hi l-arma tal-każin.

Il-Bandalora rrakmata tal-Każin.
Mons. Carlo Cortis, li twieled fl-1878, kien iqatta’  l-vaganzi tas-sajf f’Ħal Balzan f’post nru.6 Triq il-Kbira.  Kien  studjuz tant li fl-Universita ġie l-ewwel fil-kors tat-teoloġija. Wara li ġie ordnat saċerdot fl-1903, beda jattendi fl-Universita Gregorjana u l-kulleġġ Ingliz Venerabbli beda t-tnejn f’Ruma.

Lura f’Malta kellu diversi karigi fosthom eżaminatur fl-Universita, għalliem fis-Seminarju, eżaminatur tal-kleru, konsultur tal-kappillani, rettur tas-St Paul’s School fil-Belt Valletta u rettur ta’ l-iskola tal-katidral. Fil-1908 ġie maħtur kappillan tal-parroċċa tal-Mellieħa. Fl-1925 sar kanonku kapitulari fil-katidral ta’ Malta u fil-1927 Arċipriet ta’ l-istess katidral. Hu miet f’Ottubru 1962.

Wara li ntgħelbet id-difficulta ta’ l-arma, il-bandalora setgħet issir. Ix-xogħol tar-rakkmu sar għand is-sorijiet tal-Bon Pastur,  li għandhom  il-kunvent fl-istess raħal għall-prezz ta’ £32.14s.1d, (Lm32.07c,1m). Tbierket nhar l-Għid il-Kbir , 20 ta’ April 1930 fost il-ferħ tas-soċi. Il-Ħadd ta’ wara, jiġifieri il-jum tal-festa, il-bandalora kienet għal-wiri. B’hekk il-pubbliku seta’ jammira l-ġmiel u x-xogħol ta’ reqqa li fiha, u jara ukoll l-arma li minn dak il-jum ‘il quddiem kienet sa tirraprezenta lill-Każin San Gabriel. 

L-Intrata tal-Każin

FORTITUDO DEI.
 Kull dritt riservat. © 2016
  • Home
    • Djarju tas-Soċjeta'
    • Nostalġija mill-Imgħoddi >
      • Karnival
  • Festa 2017
  • Festa 2016
  • Teatru Manoel
    • Ritratti Sergio Muscat
    • Ritratti Daryl Cauchi
  • Każin
    • Presidenti
    • Kumitati
    • Idħol Membru
  • Festa
    • Banda
    • Nar
  • Ġimgħa Mqaddsa
  • Pubblikazzjonijiet
    • Ktieb tal-Festa 2017
    • Ktieb tal-Festa 2016
    • Nani u Ħal Balzan
    • Ktieb tal-Festa 2015
    • Ktieb 90 Sena Soċjeta'
  • Book Swap
  • Restaurant
  • Kuntatt
  • English
  • Festa 2016
  • New Page
  • Festa 2016