Il-Festa 2017 - Il-Festa Balzanija: festa nisranija....festa denja...
Il-Festa 2017 kienet festa impenjattiva għall-aħħar għall-Każin tal-Banda San Gabriel. Wara diversi snin, in-nar tal-Art kien kompletament iffinanzjat mill-istess Soċjetà. Il-Banda San Gabriel leħqet l-aspettattivi tagħha l-aktar bil-Programm Mużikali fit-Tieni Jum tat-Tridu taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Joseph Vella mgħejjun mill-Assistent Surmast Tony Carbonaro. Il-marċ brijuż tal-Aħħar tat-Tridu mill-Banda San Gabriel kien wieħed mistenni l-aktar għat-tlugħ tal-istatwa tal-Arkanġlu Gabriel fuq il-pedestall biswit il-Każin. Kollox ma’ kollox, grazzi tmur lejn il-Balzanin li bis-saħħa u l-kollaborazzjoni tagħhhom, il-Każin tal-Banda San Gabriel ikun jista’ jiċċelebra kif jixraq il-festa għażiża għalina...il-festa tal-Lunzjata.
Nhar il-Festa - Il-Ħadd 9 ta' Lulju 2017
Aktar ritratti ta' nhar il-festa...