Ħadna sehem f'Wirja ta' Armar f'Ħaż-Żabbar [27-08-17]
Il-Banda San Gabriel f'San Ġiljan għall-festa ta' San Ġiljan [27-08-17]
Il-Banda San Gabriel f'Ħaż-Żebbuġ għall-festa ta' San Ġużepp [24-07-17]
Il-Lunzjata lura fin-niċċa - [14-07-17]
L-Ikla tal-Għada tal-Festa - Ngħidu GRAZZI [10-07-17]
Fil-Wirja tal-Ortikultura fil-Ġonna ta' Sant'Anton.
Il-Każin armat għall-festa liturġika tal-Lunzjata
Il-Purċissjoni ta' Ħadd il-Palm - [09-04-17]
Kunċert Mużikali ta' Marċi Fenebri mill-Banda San Gabriel f'ġieh is-Surmast Onorarju Gabriel Muscat - [04-04-17]
Ikla f'San Guzepp [19-3-17]
Ikla b'risq il-festa. [10/02/17]
F’nhar San Pawl ġiet organizzata ikla b’risq il-festa tal-Lunzjata 2017. Permezz ta’ dawn l-ikliet, inkunu nistgħu norganizzaw festa oħra xierqa fit-tieni ġimgħa ta’ Lulju, eżattament bejn it-Tnejn 3 ta’ Lulju u l-Ħadd 9 ta’ Lulju 2017. Il-Każin jirringrazzja lil dawk il-membri li middew idejhom volontarjamnet u grazzi lil dawk li attendew.
Zjara ta' kortesija lill-Patrun tas-Soċjetà, (02/01/17)
Is-Segretarja Ġenerali l-ġdida tal-Każin tal-Banda San Gabriel Chantal Farrugia għamlet żjara ta' kortesija lill-Patrun tas-Soċjetà, Fundatur tal- Banda u Segretarju għal 21 sena Gabriel Caruana MQR fid-dar tiegħu. Gabriel feraħ biż-żjara li għamlitlu u qallha li ma jaf l-ebda mara oħra fil-pożizzjoni ta'Segretarja Ġenerali f'għaqdiet mużikali oħrajn f'pajjiżna. Gabriel awgura lil Chantal l- aqwa ħidma b'risq il-Każin u qallha biex tagħti s-Sena t-Tajba lill-membrikollha tas-Socjetà. Min-naħa taghha Chantal awgurat lil Gabriel u lil martu Mary Rose s-Sena t-Tajba.
Purcissjoni bil-Bambin (24/12/16)
Il-Banda San Gabriel fil-purcissjoni tal-Bambin organizzata mill-Qasam tal-MUSEUM Ħal Balzan għas-46 sena bis-sehem dirett bid-daqq tal-melodiji tal-Milied.
Notte Di San Gabriele (24/9/2016)
Il-Banda San Gabriel f' San Ġiljan (24/8/2016)
Għal darb’oħra l-Banda San Gabriel ħadet sehem fil-festa ta’ San Ġiljan li ssir f’San Ġiljan permezz ta’ Programm Mużikali f’Xatt is-Sajjieda. Dan il-programm mużikali kien it-tkomplija tal-Proġett li l-Każin tal-Banda San Gabriel għandu mal-Aġenzija Żgħażagħ. Fil-fatt indaqqet silta mużikali oħra ta’ Mro Antonio Nani li nqelbet apposta sabiex tindaqq mal-Banda San Gabriel. Wara l-Programm sar marċ fit-toroq ta’ San Ġiljan. Din l-attività saret ukoll għax San Ġiljan qed jiċċelebra l-125 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa (1891-2016).
Attivita fuq il-bejt tal-Każin (5/8/2016)
Attivita biex ngħinu lil ħaddieħor (29/7/2016)
Attivita fil-Każin tal-Banda San Gabriel sabiex inġabru flus għall-Hosice Movement u skola tal-Mużika fil-Peru. Grazzi lil kull min kien ta' għajnuna.
Allieva u bandista tal-post (28/7/2016)

Antonella Briffa, allieva u bandista tal-post kisbet diploma oħra fit-teorija tal-mużika mil-London College of Music - L.Mus LCM. Eżempju mill-aqwa għall-allievi sabiex jibqgħu għaddejjin bl-istudji mużikali tagħhom. Il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-membri tal-Każin tal-Banda San Gabriel u mas-Surmast Mro Joseph Vella u l-Assistent Surmast Tony Carbonaro jifraħ lil Antonella Briffa. Jalla aktar tfal u żgħażagħ jersqu lejna għat-tagħlim mużikali li jsir b’xejn kull nhar ta’ Ħamis jew Ġimgħa.
Banda San Gabriel f’Ħaż-Żebbuġ (26/7/2016)
Fil-minuti tas-sena 1924 insibu li l-Banda De Rohan daqqet fil-festa tal-Lunzjata f'Ħal Balzan li kienet mistiedna taċ-Circolo San Gabriel... għal diversi snin baqgħet tkun waħda mill-banda mistiedna fil-festa tagħna fis-snin bikrin tat-twaqqif taċ-Circolo San Gabriele. It-Tlieta 26 ta’ Lulju 2016, din id-darba, il-Banda San Gabriel kienet il-banda mistiedna tal-Għaqda San Ġużepp Banda De Rohan ta' Ħaż-Żebbuġ għall-festa ta' San Ġużepp.
Żjara lil Gabriel Caruana M.Q.R. (6/7/2016)
Delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali għamlet żjara lill-Patrun tas-Soċjeta' u Fundatur tal-Banda San Gabriel Gabriel Caruana M.Q.R. Il-President Lino Borg ippreżentalu l-Ktieb tal-Festa 2016. Gabriel apprezza ferm biż-żjara tal-membri tal-Każin u awguralhom il-festa t-tajba. Finalment ittieħed ritratt kommemorattiv...
3 Bandisti ġodda mal-Banda (4/7/2016)
Festa f'Casa Antonia (29/6/2016)
Il-Każin tal-Banda San Gabriel ħa sehem fil-Festa Casa Antonia Village Feast permezz ta' armar li fi ftit tal-ġranet oħra jkun qed jintrama wkoll fit-toroq Balzanin. Awguri lid-diriġenti ta' Casa Antonia fit-tkomplija tat-tixrid kulturali tal-festi Maltin anke fost l-anzjani.
Trinity Concert Band UK (31/5/2016)
Trinity Concert Band tellgħet kunċert mużikali mill-aqwa fil-Każin tal-Banda San Gabriel, Ħal Balzan. Quddiem bitħa mimlija, din il-banda Ingliża tat interpretazzjoni eċċellenti b’mużika varjata ta’ marċi militari, klassiċi, mużika kontemporanja, mużika ċinematografika u anke silta Maltija bl-isem ta’ Maltese Rhapsody fuq kompożizzjoni ta’ C. Muscat. Din il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Paul Speed. Il-President tal-Każin tal-Banda San Gabriel Lino Borg ippreżenta tifkira lil din il-banda. Fl-aħħar silta La Miserables mit-Trinity Concert Band kienet akkumpanjata mil-logħob tan-nar u tfigħ ta’ karti li ssorprendew sew lil din il-banda Ingliża u apprezzaw ferm il-grand finale tas-serata. Din kienet it-tielet banda Ingliża mistiedna tal-Każin tal-Banda San Gabriel.
|
|
Il-Banda San Gabriel f'Ħal Tarxien (23/5/2016)
Il-Banda San Gabriel kienet il-banda mistiedna tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien proprju fil-ftuħ tal-festi titulari ad unur il-Lunzjata f’Ħal Tarxien. Il-Banda San Gabriel għamlet marċ brijuż matul it-toroq tal-lokal u leħaq il-qofol tiegħu quddiem il-każin tal-istess għaqda mużikali. Imbagħad nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju 2016, f’Lejliet il-festa titulari tal-Lunzjata f’Ħal Balzan, il-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien tkun il-mistiedna tal-Każin tal-Banda San Gabriel. Il-Balzanin jawguraw lit-Tarxieniżi għall-festa mill-aqwa f’ġieħ it-Tħabbira tal-Arkanġlu San Gabriel lil Marija.
ME/CFS International Awareness Day (12/5/2016)
Il-Każin tal-Banda San Gabriel kien avviċinat mill-Kunsill Lokali Ħal Balzan sabiex tintxegħel il-faċċata b’lewn blu bħala parti minn inizjattiva ta’ ME/CFS International Awareness Day. Din saret nhar l-Erbgħa u l-Ħamis 11 u 12 ta’ Mejju 2016.
Attivita fil-Każin (10/5/2016)
Saret attività oħra b’riżq il-festa. Din kienet Baked Ftira waqt li fuq Big Screen fil-bitħa tal-Każin intweriet is-Semi-Finali tal-Eurovision. Grazzi lil dawk li attendew u lil dawkm kollha li tawna l-għajnuna tagħhhom biex din l-attività kienet suċċess...agħfas biex taqra aktar.
96 sena mit-twelid... (19/4/2016)

Il-Każin tal-Banda San Gabriel twaqqaf eżattament it-Tnejn 19 t’April 1920. L-istorja tgħidilna hekk: 3 żgħażagħ: Giuseppe Muscat, Giuseppe Falzon u Salvatore Attard marru għand il-Kappillan Dun Amabile Sisner sabiex jikrilhom id-dar Numru 5, Triq Santa Marija ħalli jinfetaħ Circolo San Gabriele. Il-Kappillan Sisner pero’, ta’ diplomatiku li kien u biex jevita li f’Ħal Balzan jistgħu aktar ‘il quddiem jiġu ċċelebrati 2 festi esterni, tahom il-parir li l-Każin il-ġdid isemmuħ għall-Arkanġlu San Gabriel biex b’hekk bħalma l-istatwa tal-Lunzjata għandha żewġ vari magħqudin f’pedestall wieħed, hekk ukoll iż-żewġ Każini jibqgħu jaħdmu għall-festa waħda. Iż- żgħażagħ aċċettaw u b’hekk f’Ħal Balzan insibu żewġ Każini jaħdmu għall-festa tal-Lunzjata. L-ewwel irċevuta għadek issibha fl-Arkivju bl-ittri C.S.G. li juri l-ħlas tal-kiri tas-Sede l-ġdida għaċ-Circolo San Gabriel li kien għadu kif infetaħ fi Triq Santa Marija.
Imma l-bżulija u l-ħidma kbira li għamlu missirijietna, 96 sena ilu naraw il-Każin tal-Banda San Gabriel mimli ħajja b’attività kontinwa kemm kulturali u soċjali, u ma jistax jonqos iż-żewġ għanijiet l-oħra…dak li kien l-ewwel skop li jieħu ħsieb l-armar tal-festa u mill-1952 li jiżviluppa l-kamp mużikali tiegħu dik li llum nafuha bħala l-Banda San Gabriel.
Aktar informazzjoni dwar l-istorja tal-Każin agħfas hawn.
Imma l-bżulija u l-ħidma kbira li għamlu missirijietna, 96 sena ilu naraw il-Każin tal-Banda San Gabriel mimli ħajja b’attività kontinwa kemm kulturali u soċjali, u ma jistax jonqos iż-żewġ għanijiet l-oħra…dak li kien l-ewwel skop li jieħu ħsieb l-armar tal-festa u mill-1952 li jiżviluppa l-kamp mużikali tiegħu dik li llum nafuha bħala l-Banda San Gabriel.
Aktar informazzjoni dwar l-istorja tal-Każin agħfas hawn.
Attivita fil-Każin (15/4/2016)
Attivita li saret fil-Każin b'risq il-Festa 2016.
President Onorarju Ġdid (13/4/2016)
Il-Kumitat Ċentrali tal-Każin tal-Banda San Gabriel ħatar lis-Sur Joe Grech bħala President Onorarju. Is-Sur Grech igawdi stima kbira ġewwa s-Soċjetà tagħna għax apparti li jagħtina diversi pariri siewja, jgħin lill-istess Każin fil-Proġett tas-Sala l-ġdida. Fil-fatt is-Sur Grech flimkien mal-President is-Sur Lino Borg kienu qiegħdu l-ewwel ġebla tal-Proġett nhar il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2008. Is-Sur Joe Grech għandu għal qalbu l-volontarjat. Dam 20 sena Kaxxier mal-Għaqda Ħaddiema insara u ppreżenta lill-istess għaqda f’diversi konferenzi barra minn Malta. Twieled fid-19 ta’ Mejju 1957 fin-Naxxar u mgħammed fl-istess Parroċċa. Il-Każin tal-Banda San Gabriel jifraħ lis-Sur Joe Grech.
Tberik tal-Każin (10/4/2016)
Il-Ħadd 10 ta' April sar it-tberik tal-Każin tal-Banda San Gabriel. F'isem il-Każin tal-Banda San Gabriel, il-Kaxxier is-Sur Ray Debono ppreżenta lill-Kappillan Mons Dun Karm Farrugia donazzjoni għar-restawr tal-Knisja flimkien ma’ DVD tal-Kunċert Strumentali li għamilna fit-Teatru Manoel f’Diċembru li għadda. Xi ħaġa sabiħa kienet li ammont sabiħ ta’ membri attendew għat-tberik.
Festa Liturġika tal-Lunzjata (4/4/2016)
Minħabba li l-festi tal-Għid il-Kbir ħabtu fi żmien il-festa liturġika tat-Tħabbira tal-Arkanġlu San Gabriel lil Marija, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-Jum Liturġiku nhar it-Tnejn 4 ta’ Lulju 2016. Għal snin twal, il-festa tal-Lunzjata f’Ħal Balzan kienet tiġi ċċelebrata kemm fil-Jum Liturġiku tal-25 ta’ Marzu, Ħadd fuq l-Għid u diversi Ħdud wara, anke f’Settembru. Dan ġara sakemm ġie stabbilit it-2 Ħadd ta’ Lulju. Qed nippubblikaw ukoll diversi ritratti sbieħ ta’ epoki differenti tal-istatwa tal-Lunzjata meqjuma bl-akbar għożża f’Ħal Balzan.
Purċissjoni ta' Ħadd il-Palm (20/3/2016)
|
|
Għal 10 sena konsekuttiva saret il-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm f’Ħal Balzan organizzata mill-Każin tal-Banda San Gabriel. Kienet is-sena 2007 li membri attivi tal-istess Każin welldu attività f’Ħadd il-Palm li fit-toroq ta’ Ħal Balzan issir pageant b’diversi personaġġi li jinkludu l-Armerija Lhudija u Rumana, Kajfas, in-nisa u t-tfal, il-ħmara u annimali oħra flimkien mal-Appostli u Ġesu’. Il-purċissjoni għaddiet minn diversi toroq tar-raħal u mument sabiħ kien fejn ir-residenza tal-Anzjani Casa Antonia fejn l-anzjani ħarġu barra jaraw il-Pageant u apprezzaw ħafna dak kollu li kien għaddej. Il-pageant kienet akkumpanjata mill-iScouts tal-Marsa bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Balzan. Grazzi lil kull min ħa sehem u lil dawk li ħadmu sabiex din l- attività setgħet titellgħa.
Il-Purċissoni tad-Duluri f'Ħal Balzan(18/3/2016)
Ġemgħa kbira ta’ nies ħadet sehem fil-purċissjoni tad-Duluri li ssir ta’ kull sena fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan. Din it-tradizzjoni tmur lura fis-snin 50, eżattament fl-1957 meta waslet l-istatwa tad-Duluri, xogħol ta’ Wistin Camilleri u tħallset mill-benefattur Balzani l-Konti Manduca.
Tiftaħ il-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa (17/3/2016)
Għal sena oħra l-Każin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920 qed itella’ l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa bit-tema Mill-Aħħar Ċena sal-Qawmien. Fuq żewġ sulari nistgħu nsegwu mudell tal-faċċata tal-Każin waqt il-ħruġ tal-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm u vari tal-Ġimgħa l-Kbira. Imbagħad isfel insibu rakkont tal-Passjoni ta’ Kristu. L-awtentiċita’ tal-post fejn insibu l-aħħar ċena b’Ġesù mal-Appostli b’figuri life size joħolqu sitwazzjoni realistika f’kantina antika. Naraw ukoll ix-xena tal-Ort tal-Ġetsemani bil-figuri life size wkoll. Insibu vestwarju tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u statwa ta’ Kristu Rxoxt Life Size.
Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja sar nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2016 mill-Kappillan Mons. Dun Karm Farrugia. Preżenti kien hemm is-Sindku Dott. Ian Spiteri, Kunsilliera u membri mill-Kumitat Ċentrali u membri u ħbieb tas-Soċjetà.
Il-ħinijiet tal-ftuħ fost il-ġimgħa ikun bejn is-6pm u d-9pm, is-Sibt u l-Ħadd bejn id-9am u nofsinhar u l-5pm u d-9pm. F’Ħamis ix-Xirka mill-5pm sa nofsillejl u fil-Ġimgħa l-Kbira mit-8am san-12.30pm.
Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja sar nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2016 mill-Kappillan Mons. Dun Karm Farrugia. Preżenti kien hemm is-Sindku Dott. Ian Spiteri, Kunsilliera u membri mill-Kumitat Ċentrali u membri u ħbieb tas-Soċjetà.
Il-ħinijiet tal-ftuħ fost il-ġimgħa ikun bejn is-6pm u d-9pm, is-Sibt u l-Ħadd bejn id-9am u nofsinhar u l-5pm u d-9pm. F’Ħamis ix-Xirka mill-5pm sa nofsillejl u fil-Ġimgħa l-Kbira mit-8am san-12.30pm.
Xogħol fuq it-trofej (16/1/2016)
Bħalissa għaddej xogħol fuq il-bażi tal-kolonni tat-trofej li jintramaw fil-festa tal-Lunzjata, mill-Każin tal-Banda San Gabriel Ħal Balzan. Grazzi lil Lino Ciappara u lil Alfred Muscat li dejjem għaddejjin bix-xogħol. B'hekk issa ser ser tkun aktar faċli l-mod kif jintramaw u ssir anqas ħsara. Sett trofej li sar fl-1925 fuq xoghol ta’ Mikiel Micallef il-Boqboq.
Kalendarju 2016 (15/1/2016)

Il-Kalendarju 2016 ippubblikat mill-Każin tal-Banda San Gabriel intlaqa’ tajjeb ferm għall-mod kif sar. Ir-ritratt ewlieni juri l-istatwa tal-Arkanġlu San Gabriel waqt il-marċ brijuż tal-Aħħar Jum tat-Tridu li l-Banda San Gabriel tagħmel fit-toroq ta’ Ħal Balzan li jilħaq il-qofol tiegħu bi tlugħ tal-istess statwa fuq il-pedestall biswit il-Każin fost l-istennija ta’ dawk kollha preżenti. Fl-isfond jidher il-fondispizju u l-faċċata tal-Każin armata għall-festa tal-Lunzjata. Ir-ritratt iż-żgħir juri dettal mill-wiċċ tal-Arkanġlu San Gabriel, xogħol il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi fl-1993. Grazzi tmur lejn il-Barman Malcolm Monreal għall-isponsor ta’ dan il-Kalendarju 2016.
Il-Presepju fit-Tielet post (4/1/2016)
Hekk kif għaddew il-festi tal-Milied u r-riżultati tal-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepju, fl-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu li tinsab fil-Berġa tal-Italja l-Belt Valletta saret il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati lill-parteċipanti u lir-rebbieħa tal-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji skont il-Kategoriji. Il-Presepju li kien esebit fil-Każin tal-Banda San Gabriel ġie kklassifikat fit-Tielet post fil-Kategorija Presepji Mekkaniċi. Prosit lil Franklin Leeks li għal sena oħra reġa’ kien fost ir-rebbieħa. F’kumment li qal is-Sur Noel D'Amato, organizzatur tal-Kompetizzjoni Presepji fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti u Kultura qal li din is-sena reġa’ kellna presepji maħduma b’sengħa kbira ta’ artiġjanat u l-livell qed jikber minn sena għall-oħra. Hu feraħ lil dawk li ħadu sehem u rringrazzja lil dawk l-Għaqdiet li għadhom jagħtu spazju għal din it-tradizzjoni tal-presepju Malti.
Messaġġi mis-Surmast Direttur Mro. Joseph Vella u mis-Sur Lino Borg, President tas-Soċjeta, f'isem il-Każin tal-Banda San Gabriel Ħal Balzan A.D.1920 jirringrazzjaw lil kullħadd tal-Kunċert Strumentali li għadu kif sar fit-Teatru Manoel u jawguraw il-Milied it-Tajjeb u sena mimlija paċi u risq.
Donazzjoni ta' €400 għall-Istrina (26/12/2015)
Donazzjoni ta' €400 għall-Istrina 2015. Dawn inġabru mill-Każin tal-Banda San Gabriel waqt l-attività tqassim tar-rigali minn Father Christmas u minn diversi membri mall-bar tal-każin is-Sibt 26 ta' Diċembru 2015. Iż-żgħażagħ tal-każin marru jagħtu din id-donazzjoni, kif ukoll qattaw ftit ħin jwieġbu t-telefonati.
Purċissjoni tal-Milied (24/12/2015)
Appuntament important għall-Banda San Gabriel hi l-Purċissjoni tal-Bambin f’Lejliet il-Milied organizzata mis-Soċjetà tal-MUSEUM ta’ Ħal Balzan b’daqq ta’ innijiet tal-Milied matul it-toroq tal-istess lokalità. Jingħad li meta l-Banda kienet għadha fil-bidu tagħha, 5 snin wara t-twaqqqif, eżattament qrib il-Milied tas-sena 1957, ċertu Robert jew kif kien magħruf bħala Rob, ċittadin Ingliż imma kien residenti fi Triq il-Papa Alessandru, sab lil Abraham Muscat li kien membru attiv fi ħdan il-Każin u wera x-xewqa li fil-purċissjoni tal-Bambin li jorganizza l-Qasam tal-MUSEUM ta’ Ħal Balzan ta’ kull sena, il-Banda San Gabriel tieħu sehem. Il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-ewwel Surmast Direttur Mro Carmelo Briffa aċċettaw li dan isir u flimkien mas-Superjur ta’ dak iż-żmien il-mibki Victor Delicata qatgħulu xewqtu. Rob kien daqq mal-Banda San Gabriel ukoll. Jingħad ukoll li l-purċissjoni tal-Bambin f’Ħal Balzan kienet l-ewwel purċissjoni ta’ Lejliet il-Milied f’pajjiżna bl-inklużjoni tal-banda. Jalla li din it-tradizzjoni nkomplu nżommuha u l-Banda San Gabriel hi kburija li ssemma’ leħinha b’għanjiet u innijiet popolari tal-Milied. Fil-futur hemm maħsub li dan is-suġġett dwar il-Banda San Gabriel u l-purċissjoni tal-bambin f’Ħal Balzan tiżdied ir-riċerka u aktar tagħrif ikun jista’ jiġi ppubblikat.
Fl-aħħarnett, il-Bord Editorjali tal-Website www.stgabrielbandclub.com jawgura Milied hieni u sena mimlija ħidma, paċi u sliem.
Fl-aħħarnett, il-Bord Editorjali tal-Website www.stgabrielbandclub.com jawgura Milied hieni u sena mimlija ħidma, paċi u sliem.
Tqassim tar-rigali b'risq l-Istrina (23/12/2015)
Grazzi lil Alethea Gatt tar-ritratti matul din l-attività. Tistaw taraw ir-ritratti kollħa fuq facebook...agħfas hawn.
Attività sabiħa li saret mill-Każin tal-Banda San Gabriel u ħolqot entużjażmu doppju kienet Father Christmas iqassam ir-rigali fid-djar kif ukoll f’Casa Antonia f’Ħal Balzan. Entużjażmu doppju għax barra li tfal u anzjani rċievew r-rigali, il-flus miġbura ser imorru għall-Istrina 2015 li ssir l-għada tal-Milied. Attività bħal din tferraħ ħafna nies, ibda mit-tfal kif ukoll l-adulti u turi solidarjetà f’dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied.
Dinner Dance tal-Milied (19/12/2015)
Sar id-Dinner Dance tradizzjonali tal-Milied fis-Sala prinċipali tal-Każin tal-Banda San Gabriel. Attendenza sabiħa ħafna fejn il-membri ltaqgħu u b’mod rilassanti għaddew serata mill-aktar pjaċevoli flimkien b’atmosfera ferrieħija b’taħlita ta’ mużika festiva, passata u kontemporanja. Din l-attivita’ ġabet fi tmiemha żmien impenjattiv għall-Każin tal-Banda San Gabriel għax matul is-sena stinkajna, fit-Teatru Manoel ibbrillajna u fid-Dinner Dance ċċelebrajna.
Ftuħ tal-Presepju Mekkanizzat (17/12/2015)
Għat-3 sena konsekuttiva sar il-Ftuħ tal-Presepju Mekkanizzat ġewwa l-Każin tal-Banda San Gabriel. Sar diskors mill-istoriku Balzani Carmel Bezzina fejn ta ħarsa dwar l-oriġini tal-Presepju u kif daħlet f’Malta permezz tal-Kavallieri ta’ San Ġwann b’San Ġorġ Preca jkompli jagħti l-ħajja lill-Milied f’pajjiżna. Imbagħad f’messaġġ qasir, l-awtur tal-presepju Franklin Leeks irringrazzja lill-Kumitat Ċentrali tal-Każin tal-Banda San Gabriel li għal sen’oħra taħ l-opportunità sabiex ikun jista’ joħloq presepju mekkanizzat. Imbagħad Carmel Bezzina inawgura l-presepju u tbierek mill-Kappillan tal-Parroċċa Mons. Dun Karm Farrugia. Matul is-serata indaqqu innijiet tal-Milied bl-Accordion minn Dott Klaus Vella Bardon u bil-Klarinett minn Marthese Tonna. Wara dawk preżenti setgħu jaraw il-presepju u tqassam ikel tradizzjonali tal-Milied. Apparti l-presepju esebit, dawk preżenti komplew juru l-apprezzament tagħhom għas-suċċess tal-Banda San Gabriel ġewwa t-Teatru Manoel l-Ħadd li għadda. Prosit lil Franklin Leeks sabiex għall- presepju li ħoloq b’sensiela ta’ effetti ta’ dawl, movimenti u fuq kollox għal ftit mumenti waqt li tkun qed iżżur il-presepju, tkun qed tgħix l-istorja tat-twelid tal-Messija.
Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel (13/12/2015)
F'isem il-Każin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920 nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom ħalli l-Kunċert Strumentali li l-Banda San Gabriel tellgħet fit-Teatru Manoel ikun suċċess u apprezzat ħafna minn dawk kollha li attendew. Grazzi tmur lejn il-Kumitat Organizzattiv fi ħdan il-Kumitat Ċentrali u s-Sottokumitat Nisa u Żgħażagħ tal-appoġġ u kull tip ta’ għajunua li ngħatat.
Grazzi tmur lejn is-Surmast Direttur Mro Joseph Vella li ma setax jiċċelebra aktar bil-kbir il-25 sena fit-tmexxija tal-Banda San Gabriel li dderieġa fit-Teatru Manoel għall-ewwel darba proprju mal-Banda San Gabriel. Grazzi tmur lejn l-Assistent Surmast Mro Tony Carbonaro u l-bandisti għall-impenn li wrew matul il-Kunċerrti ta’ preparazzjoni u wisq aktar fil-Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel. Dawn kollha flimkien kienu l-ingredjenti kollha tas-suċċess waqt l-eżekuzzjoni brillanti li ttellgħet fit-Teatru Manoel. Il-mużika magħżula kienet bil-ħsieb ukoll: mużika operistika, għall-sound tracks, għal mużika lokali li warajhom juri l-kapaċità tal-kompożitur Malti fejn assistejna għal silta ġdida miktuba mis-Surmast Direttur Mro Joseph Vella nnifsu bl-isem ta’ ‘Fortitudo Dei’, għall-mużika tal-Profs. Antonio Nani li din il-Familja Nani għexet f’Ħal Balzan mal-ġenb tal-Knisja Parrokkjali, għas-silta ta’ Vangelis interpretata mis-Sopran Marita Bezzina flimkien ma’ Jacksons Backpipes u għas-silta Tlaqna fuq kompożizzjoni oħra lokali ta’ Mro Ruben Zahra u l-mużicisti mistiedna li ħadu sehem u wrew strumenti mużikali tradizzjonali.
Ir-ringrazzjamenti jkomplu lejn l-Għaqda Każini tal-Banda li tawna l-opportunità li l-Banda San Gabriel iddoqq fit-Teatru Manoel. Hawn nislet punt tal-President tal-istess Għaqda Dott. Noel Camilleri fejn feraħ għal darba, tnejn u aktar is-suċċess tal-Banda San Gabriel ġewwa t-Teatru Manoel, kien ta' l-aqwa livell. Grazzi lejn il-Kunsill Malti għall-Arti u lil Good Cause Fund. Grazzi tmur lejn il-Management u l-ħaddiema kollha tal-istess Teatru, lejn il-Kunsill Lokali Ħal Balzan għas-sapport li tana fuq it-trasport tal-Balzanin lejn il-Belt Valletta u lura.
Grazzi tmur lejn l-isponsors għax bis-saħħa tagħhom stajna ntaffu ftit mill-ispejjeż ta’ dan is-suċċess. Grazzi lil Sergio Muscat, il-fotografu uffiċjali tas-serata u lil Daryl Cauchi għall-fotografija barra t-Teatru. Ir-ritratti ser ikunu fuq is-sit tas-Soċjetà u tistgħu tordnaw kwalunkwe ritratt sabiex jinżamm tifkira ta’ din l-okkażjoni unika. Grazzi lill-ushers Edmond Cassar Simmons u Charlotte Cassar Simmons li bis-saħħa tagħhom kollox mexa fil-ħin u bl-ordni. Grazzi kbira wkoll tmur lejn dawk kollha li attendew u tpaxxew jisimgħu lill-Banda San Gabriel bl-eżekuzzjoni impekkabbli tagħha u taw ukoll kontribuzzjoni.
Il-Kunċert Strumentali tal-Banda San Gabriel fit-Teatru Manoel hu ħolqa oħra ta’ katina ta’ suċċessi li sar sa mit-twaqqif taċ-Circolo San Gabriel fl-1920.
Grazzi tmur lejn is-Surmast Direttur Mro Joseph Vella li ma setax jiċċelebra aktar bil-kbir il-25 sena fit-tmexxija tal-Banda San Gabriel li dderieġa fit-Teatru Manoel għall-ewwel darba proprju mal-Banda San Gabriel. Grazzi tmur lejn l-Assistent Surmast Mro Tony Carbonaro u l-bandisti għall-impenn li wrew matul il-Kunċerrti ta’ preparazzjoni u wisq aktar fil-Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel. Dawn kollha flimkien kienu l-ingredjenti kollha tas-suċċess waqt l-eżekuzzjoni brillanti li ttellgħet fit-Teatru Manoel. Il-mużika magħżula kienet bil-ħsieb ukoll: mużika operistika, għall-sound tracks, għal mużika lokali li warajhom juri l-kapaċità tal-kompożitur Malti fejn assistejna għal silta ġdida miktuba mis-Surmast Direttur Mro Joseph Vella nnifsu bl-isem ta’ ‘Fortitudo Dei’, għall-mużika tal-Profs. Antonio Nani li din il-Familja Nani għexet f’Ħal Balzan mal-ġenb tal-Knisja Parrokkjali, għas-silta ta’ Vangelis interpretata mis-Sopran Marita Bezzina flimkien ma’ Jacksons Backpipes u għas-silta Tlaqna fuq kompożizzjoni oħra lokali ta’ Mro Ruben Zahra u l-mużicisti mistiedna li ħadu sehem u wrew strumenti mużikali tradizzjonali.
Ir-ringrazzjamenti jkomplu lejn l-Għaqda Każini tal-Banda li tawna l-opportunità li l-Banda San Gabriel iddoqq fit-Teatru Manoel. Hawn nislet punt tal-President tal-istess Għaqda Dott. Noel Camilleri fejn feraħ għal darba, tnejn u aktar is-suċċess tal-Banda San Gabriel ġewwa t-Teatru Manoel, kien ta' l-aqwa livell. Grazzi lejn il-Kunsill Malti għall-Arti u lil Good Cause Fund. Grazzi tmur lejn il-Management u l-ħaddiema kollha tal-istess Teatru, lejn il-Kunsill Lokali Ħal Balzan għas-sapport li tana fuq it-trasport tal-Balzanin lejn il-Belt Valletta u lura.
Grazzi tmur lejn l-isponsors għax bis-saħħa tagħhom stajna ntaffu ftit mill-ispejjeż ta’ dan is-suċċess. Grazzi lil Sergio Muscat, il-fotografu uffiċjali tas-serata u lil Daryl Cauchi għall-fotografija barra t-Teatru. Ir-ritratti ser ikunu fuq is-sit tas-Soċjetà u tistgħu tordnaw kwalunkwe ritratt sabiex jinżamm tifkira ta’ din l-okkażjoni unika. Grazzi lill-ushers Edmond Cassar Simmons u Charlotte Cassar Simmons li bis-saħħa tagħhom kollox mexa fil-ħin u bl-ordni. Grazzi kbira wkoll tmur lejn dawk kollha li attendew u tpaxxew jisimgħu lill-Banda San Gabriel bl-eżekuzzjoni impekkabbli tagħha u taw ukoll kontribuzzjoni.
Il-Kunċert Strumentali tal-Banda San Gabriel fit-Teatru Manoel hu ħolqa oħra ta’ katina ta’ suċċessi li sar sa mit-twaqqif taċ-Circolo San Gabriel fl-1920.
BAZAAR fil-Każin (5-8/12/2015)
Bħal kull sena f’dan iż-żmien, il-Każin tal-Banda San Gabriel jorganizza l-Bazaar fil-Każin stess. Prosit lil dawk li taw kull għajnuna.
Il-Banda San Gabriel (4/12/2015)
Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015, il-Banda San Gabriel daqqet innijiet tal-Milied fl-inawgurazzjoni tal-mixegħla ta’ Triq Siġismondu Dimech, Triq Dun Ġwann Zammit Hammet, Ġnien Ġiġi Gauci u t-toroq tal-madwar. Nifirħu lis-Sur Tonyi Grech u l-familja tiegħu li għal dawn l-aħħar 20 sena ħadu l-inizjattiva li jżejnu t-toroq u jlibbsuhom tiżjin tal-Milied. Awguri.
Donazzjoni tad-demm fil-Pjazza (29/11/2015)
Il-Każin tal-Banda San Gabriel jifraħ lil dawk it-33 donatur li l-Ħadd 29 ta’ Novembru 2015 marru jagħtu d-demm fil-Bank tad-Demm li kien fil-Pjazza tar-raħal. Din l-attività kienet organizzata flimkien mill-Parroċċa.
Festa ta' Santa Ċeċilja (14/11/2015)
Is-Sibt 14 ta' Novembru 2015, l-Għaqdiet Mużikali kienu mistiedna għall- quddiesa li saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta għall-okkażjoni tal-festa ta' Santa Ċeċilja, Padruna tal-Mużiċisti. Wara l-Każini jakkumpanjaw marċ li jsir mat-toroq prinċipali tal-Belt bl-istandardi rispettivi tagħhom. Il-Każin tal-Banda San Gabriel ħa sehem ukoll.
Żjarat fiċ-ċimiterji ta' Ħal Lija u Ħal Balzan (8/11/2015)
Bħal kull sena f’Novembru jsiru żjarat fiċ-ċimiterji ta’ Ħal Lija u ta’ Ħal Balzan. Żorna l-ewwel iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija fejn tpoġġew fjuri fuq il-qabar kif kien magħruf Ir-Robbie filwaqt li f’Ħal Balzan tqiegħdet kuruna mal-lapida ta’ dawk li kienu mietu bid-disgrazzja tan-nar li seħħet eżattament 112 il-sena ilu.
B'niket inħabbru l-mewt ta' Kalċ Micallef (31/10/2015)
B'niket inħabbru l-mewt ta' Kalċ Micallef, Membru Emeritus fil-Kumitat tal-Każin tal-Banda San Gabiel Ħal Balzan. Persuna ezemplari ħafna u ta' stima kbira. Grazzi ta' l-għajnuna li dejjem offrejt lill-Każin u r-raħal ta' Ħal Balzan. Zgur li tinsab fejn Ommna Marija Annunzjata. Il-Każin tal-Banda San Gabriel jibgħat il-kondoljanzi lill-familjari għat-telfa tiegħu. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhu; jistrieħ fis-sliem. Ammen. Il-funeral sar nhar it-Tlieta 3 ta' Novembru 2015. Il-Banda San Gabriel tagħt l-aħħar tislima b'korteo li beda fit-2.45pm minn Triq Santa Marija, n-naħa ta' fuq. Il-quddiesa saret fil-Knisja Parrokjali ta' Ħal Balzan fit-3.30pm.
Laqgħa Ġenerali Annwali - Kumitat ġdid (25/10/2015)
Nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2015 saret il-Laqgħa Ġenerali fejn inqara ir-rapport amministrattiv mis-Segretarju Ġenerali Saviour Deguara, kelmtejn mill-President Lino Borg u ngħata rendikont tal-finanzi tas-Soċjetà mill-Kaxxier Raymond Debono. Imbagħad kien hemm diskussjoni bejn il-membri u fl-aħħarnett ġie elett il-Kumitat Ċentrali 2015/2016. Il-President Lino Borg qal hekk,‛Għamilna passi kbar matul is-snin għax dejjem kellna membri ħabrieka u dejjem poġġew l-ewwel l-interess tas-Soċjetà. Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 ser niktbu parti oħra mill-istorja tagħna meta l-Banda San Gabriel ser tkun qed tieħu sehem f’Kunċert Strumentali ġewwa t-Teatru Manoel fil-Belt Valletta. Din għandha tkun okkażjoni oħra li nuru li minkejja li il-Każin tal-Banda San Gabriel ġej minn raħal żgħir, il-qalb tal-membri hi kbira u lesta li tkompli tħeġġeġ il-qasam mużikali kemm f’Ħal Balzan u kemm f’pajjiżna.’ Imbagħad is-Segretarju Ġenerali Saviour Deguara qara r-Rapport Amministrattiv u qal hekk,‛Ma kinitx sena faċli, imma meta dħalna għal kull impenn flimkien, irnexxielna dejjem noħorġu bl-aqwa riżultati u jfaħħruna tax-xogħol li nkunu għamilna. Irridu niftakru li x-xogħol kollu li nagħmlu aħna, hu kollu volontarju. Dan juri l-imħabba li aħna għandna lejn il-Każin tal-Banda San Gabriel. U meta naħdmu bħala Team, is-suċċess jasal dejjem.’ Il-Kaxxier Raymond Debono qara r-Rendikont Finanzjarju u fl-aħħar qal hekk, ‛Grazzi lill-Awditur Jesmond Pace għax-xogħol professjonali tiegħu. Għandna Team tajjeb u nibqgħu niġbdu ħabel wieħed u b’hekk naslu għal dak li nidħlu għalih.’
Nattendu għal Seminar ta' informazzjoni (21/10/2015)
Il-biraħ membri mill-Kumitat attendejna għal Seminar ta' informazzjoni għall-Każini tal-Banda, organizzat mill-Kunsill Malti għas-settur tal-volontarjat f'kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda, ġewwa Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi, Vallettta. Is-suġetti diskussi kienu, fosthom il-possibilta ta' fondi u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-għaqdiet. Kelliema kienu is-Sur Mauro Pace Parascandalo, l-Onor. Helena Dalli, rapreżentanti mill-MEUSAC u l-Aġenzija Żgħażagħ.
Il-Każin jappoġġja l-kampanja #pinkoctober (17/10/2015)
Il-Każin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920 jappoġġja l-kampanja dwar ir-riċerka u l-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider li qed issir fix-xahar t’Ottubru. Is-Sibt 17 ta' Ottubru nxtelgħet il-faċċata tal-Każin bil-kulur roża, filwaqt li fl-intrata kien hemm informazzjoni.
Nieħdu sehem f'Lejl Casal Fornaro (17/10/2015)
Il-Każin tal-Banda San Gabriel ħa sehem f’Lejl Casal Fornaro ġewwa Ħal Qormi permezz ta’ pavaljun li fil-festa tal-Lunzjata jintrama fi Triq San Valentinu. Din l-attività kienet organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Qormi.
Nattendu għall-korteo ta' Dr. Chircop (17/10/2015)
Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2015, żewġ rappreżentanti mill-Każin tal-Banda San Gabriel ħadu sehem bl-istandart tul il-korteo u fil-quddiesa tal-funeral li saret fil-Kolleġġjata Bażilika Elenjana tal-President tad-Duke of Connaught’s Own Band Club – Birkikara Dott. Carmel Chircop. Il-President u l-Kumitat Ċentrali tal-Każin tal-Banda San Gabriel isellem lill-memorja tal-ħabrieki President Dott. Chircop. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...
Il-Banda San Gabriel f'Jum Spanja (13/10/2015)
It-Tlieta 13 ta’ Ottubru 2015, il-Banda San Gabriel ħadet sehem waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali ta’ Spanja li ġiet organizzata ġewwa Villa Macedonia, ir-Residenza tal-Ambaxxata Spanjola. Mistednin kienu l-għola awtoritajiet tal-pajjiż, il-President ta’ Malta Marie Loiuse Coleiro Preca, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dott Goerge Vella, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dott Simon Busuttil, membri Parlamentari, Ambaxxaturi oħrajn u persuni distinti oħra. L-Ambaxxatur Spanjol Mr Hose’ Pons qal kelmtejn tal-okkażjoni segwit minn diskors tal-Eċċellenza Tiegħha l-President Coleiro Preca. Imbagħad kien imiss il-Banda San Gabriel li ddoqq l-Innu Nazzjonali Spanjol, l-Innu Nazzjonali Malti u għalqet bl-Innu Ewropej fost l-applaws ta’ dawk kollha preżenti. Dawn l-okkażjonijiet sbieħ juru l-istima li jgawdi l-Każin tal-Banda San Gabriel. Ta’ min ifakkar li din is-sena jaħbat is-63 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda San Gabriel u proprju hdejn Villa Macedonia, il-Banda San Gabriel għamlet l-ewwel programm mużikali tagħha nhar it-23 ta’ Marzu 1952.
Laqgħa tal-Kunsill fil-Każin (30/9/2015)
Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan organizza diskussjoni pubblika għall-bżonnijiet tal-Anzjani f'Ħal Balzan. Din saret l-Erbgħa 30 ta' Settembru 2015 fil-Każin tal-Banda San Gabriel fl-okkażjoni ta' Jum l-Anzjani li jiġi mfakkar kull sena fl-1 ta' Ottubru. Attendenza sabiħa attendiet u ħadet sehem f’din it-taħdita.
Balzan FC mistiedna fil-Każin (29/9/2015)
It-Tlieta 29 ta’ Settembru lqajna fil-Każin tal-Banda San Gabriel lill-Plajers u Kumitat ta' Balzan F.C. fejn fraħnilhom għall-bidu tajjeb fil-Kampjonat Premier. Tajnihom tifkira li tfakkar l-ewwel darba fl-istorja tal-klabb li konna fl-ewwel post. Il-President ta’ Balzan F.C. is-Sur Anton Tagliaferro ppreżenta lill-Każin gear iffirmat mill-Players. Dan żgur ser jitwaħħal fil-Każin u ser jibqa’ tifkira sabiħa fis-Soċjetà tagħna. Apprezzajna mmens il-ġest tagħkom! Grazzi mill-qalb Balzan F.C. Grazzi wkoll lill-Barman Malcolm Monreal li sponsorja din l-attività. Ilkoll flimkien għandna ħaġa komuni... li nżzommu lil Ħal Balzan fil-quċċata.
Festa tat-3 Arkanġli (29/9/2015)

Il-Kalendarju tal-Knisja Kattolika nhar id-29 ta’ Settembru tpoġġilna t-tifkira solenni tal-festa tat-3 Arkanġli... SAN GABRIEL – SAN MIKIEL – SAN RAFFAEL. L-Arkanġlu San Gabriel imsejjaħ bħala ‘Il-Kbir ta’ Alla’, ezattament l-Ambaxxatur, il-Ħabbar, dak li ta l-bxara t-tajba bil-messaġġ li ta lil Marija fil-Belt ta’ Nażaret. Mhux ta’ b’xejn il-Motto li jġib il-Każin tagħna, IL-QAWWA T’ALLA (Fortitudo Dei). San Gabriel... hu protettur tal-ġurnalisti, xandara, imsomma dawk kollha li jwasslu l-messaġġ ta’ rieda tajba. L-Arkanġlu San Mikiel hu imsejjaħ bħala ‘Id-Difensur t’Alla’, dak li ħadha kontra l-ħazen. L-Arkanġlu San Raffael hu msejjaħ bħala ‘Il-Mediċina t’Alla’, dak li jieħu ħsiebna ħalli jwassalna fit-triq it-tajba. Awguri lil dawk kollha li huma msemmijin għal dawn it-3 Arkanġli.
Suċċess fin-Notte di San Gabriel (26/9/2015)
L-attivita` tal-BBQ fin-Notte di San Gabriel ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru 2015 kienet suċċess kbir. F’atmosfera mill-aqwa, ikel tajjeb u bi Freddie Portelli f’vena mill-aqwa, is-serata intleqgħet tajjeb min-nies preżenti. Il-Każin tal-Banda San Gabriel jirringrazzja lil dawk kollha li attendew u għamlu din is-serata waħda pjaċevoli. Irodd ħajr kbir lil dawk li taw sehemhom fl-organizzazzjoni, fil-preparazzjoni tal-ikel, il-bar, tqassim ta’ mwejjed u kull loġistika oħra biex setgħet issir in-Notte di San Gabriel b’suċċess.
Ktieb ġdid - Gabriel Caruana (17/9/2015)
Membri mill-Kumitat Ċentrali tal-Każin San Gabriel attendew għat-tnedija tal-Ktieb Gabriel Caruana. Ktieb ġdid li għadu kif ġie
ppubblikat minn Kite Group fil-Mitħna ta’ Ganu f’Birkirkara. Il-Ktieb jiffoka
fuq xogħlijiet ta’ disinni li Gabriel Caruana għadu jaħdem ta’ kuljum minkejja
l-età tiegħu. Waqt it-tnedija tal-Ktieb Gabriel Caruana, il-Professur Richard
England qal hekk; Gabriel, il-pijunier tal-arti moderna, tana rigal ieħor ta’
kuluri maġici f’karriera ta’ aktar minn 60 sena ta artistrija.
Niftakru li Gabriel Caruana bidel ukoll il-kunċett taċ-Circolo San Gabriel li kien twaqqaf fis-sena 1920, meta fit-23 ta’ Marzu tat-1952, dehret għall-ewwel darba fit-toroq Balzanin il-Banda San Gabriel. Il-Banda San Gabriel baqghet ta’ kull sena ferm attiva, saħansitra li nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 ser tkun qegħda ttellgħa Kunċert Mużikali fit-Teatru Monoel fil-Belt Valletta. Il-Każin tal-Banda San Gabriel – Hal Balzan jawgura aktar snin ta’ arti moderna lill-Padrun tas-Soċjetà u Fundatur tal-Banda San Gabriel.
Niftakru li Gabriel Caruana bidel ukoll il-kunċett taċ-Circolo San Gabriel li kien twaqqaf fis-sena 1920, meta fit-23 ta’ Marzu tat-1952, dehret għall-ewwel darba fit-toroq Balzanin il-Banda San Gabriel. Il-Banda San Gabriel baqghet ta’ kull sena ferm attiva, saħansitra li nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 ser tkun qegħda ttellgħa Kunċert Mużikali fit-Teatru Monoel fil-Belt Valletta. Il-Każin tal-Banda San Gabriel – Hal Balzan jawgura aktar snin ta’ arti moderna lill-Padrun tas-Soċjetà u Fundatur tal-Banda San Gabriel.
Attivita` mill-Kunsill Lokali (11/9/2015)
Saret b'suċċess il-'Balzan Arts and Musical Festival' imtella mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan. Kienet okkażjoni sabiħa għall-familja Balzanin u dawk li ġew minn barra r-raħal. Il-Każin tal-Banda San Gabriel ħa sehem bi stand taċ-Chicken Kebabs. Inizjattiva sabiħa mill-Kunsill Lokali Ħal Balzan fejn jagħti opportunita' lill-Għaqdiet Balzanin itellgħu stands u jagħtu l-kontribut tagħhom f'din is-serata.
Il-Banda San Gabriel f'Tas-Sliema (6/9/2015)
Il-Banda San Gabriel ħadet sehem fil-festa ta’ San Girgor
f’Tas-Sliema. Il-Banda San Gabriel akkumpanjat lill-purċissjoni ta’ San Girgor
il-Kbir. B’dan is-servizz f’Tas-Sliema, il-Banda San Gabriel temmet l-impenji
tagħha għal dan l-istaġun tal-festi Maltin u tibda l-preparazzjonijiet tagħha għall-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 għall-Kunċert Mużikali fit-Teatru Manoel.
Il-Banda San Gabriel f'San Ġiljan (30/8/2015)
Il-Banda San Gabriel ħadet sehem għat-tieni sena
konsekuttiva fil-festa ta’ San Ġiljan f’San Ġiljan. Fetħet l-impenji tagħha
bl-Innu Popolari lil San Ġiljan fejn leqgħet il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġiljan
mill-Knisja Parrokkjali. Il-Banda San Gabriel akkumpanjat b'marċi proċessjonali lill-istatwa ta' San Ġiljan, xogħol mill-isbaħ fil-kartapesta tal-magħruf statwarju Karlu Darmanin matul l-ewwel nofs tal-purċissjoni, imbagħad kompliet b'marċi brjużi tul ix-xatt. Il-Banda San Gabriel kienet il-mistiedna tal-Għaqda Mużikali Spinola.
Merħba fis-sit il-ġdida (27/8/2015)
Merħba fis-sit uffiċjali tal-Każin tal-Banda San Gabriel. Dan
is-sit www.stgabrielbandclub.com
beda fl-2003. Għalkemm tul iż-żmien siti oħra, bħal Facebook, ħadu aktar
importanza, il-kumitat xorta ħass il-ħtieġa li għandna nkomplu. Għalhekk sar
sit ġdid fl-2015 sabiex inkomplu naġġornaw maż-żminijiet tal-lum. Grazzi tal-ħafna kummenti sbieħ. Napprezzaw is-suġġerimenti tagħkom. Insellmu lil dawk kollha li jgħixu barra minn Malta u li nafu li dan is-sit isibuħ interessanti ħafna għalihom.
Każin ħaj is-sena kollha...