http:www.stgabrielbandclub.com
  • Home
    • Djarju tas-Soċjeta'
    • Nostalġija mill-Imgħoddi >
      • Karnival
  • Festa 2017
  • Festa 2016
  • Teatru Manoel
    • Ritratti Sergio Muscat
    • Ritratti Daryl Cauchi
  • Każin
    • Presidenti
    • Kumitati
    • Idħol Membru
  • Festa
    • Banda
    • Nar
  • Ġimgħa Mqaddsa
  • Pubblikazzjonijiet
    • Ktieb tal-Festa 2017
    • Ktieb tal-Festa 2016
    • Nani u Ħal Balzan
    • Ktieb tal-Festa 2015
    • Ktieb 90 Sena Soċjeta'
  • Book Swap
  • Restaurant
  • Kuntatt
  • English
  • Festa 2016
  • New Page
  • Festa 2016

Il-Banda San Gabriel

Il-Banda San Gabriel daqqet għall-ewwel darba fil-pubbliku nhar il-Ħadd 23 ta’ Marzu 1952. Dakinhar il-Banda San Gabriel tellgħet l-ewwel programm mużikali tagħha waqt fiera organizzata qrib il-festa liturġika tat-tħabbira tal-Mulej lil Marija. Din l-attività kienet saret ħdejn Villa Macedonia, li fiha kien jgħix il-Konti Bernardo Manduca Zamitt, benefattur u ħabib tal-Balzani waqt fiera li kienet ġiet organizzata apposta sabiex tiġbor il-fondi għall-istess banda.
Tgħaddi l-gwerra, il-pajjiż jibda jirkupra u jaslu s-snin 50. Hawn l-istorja tgħidilna li nhar il-Ħadd 5 t’Awwissu 1951, iż-żgħażugħ Sur Gabriel Caruana, dedikat u attiv, ressaq proposta formali lill-Kumitat biex titwaqqaf banda fil-Każin. Kif naqraw mill-minuti ta’ dik il-laqgħa storika, il-proposta kienet issekondata minn żagħżugħ ieħor Joseph Felice. U b’hekk il-Banda San Gabriel ikkonfermata b’akklamazzjoni. Pero’ sabiex Gabriel Caruana wasal biex ikkonvinċa lis-soċji ma kinitx faċli. Biżżejjed ngħidu li Gabriel kien iħallas lis-Surmast minn butu stess. Fil-Laqgħa Ġenerali f’Settembru issejjaħ is-Surmast Carmelo Briffa biex ikun l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel, minn Birkirkara biex jgħallem l-allievi li kienu jleħħqu madwar 40 u jagħmel kunċerti lil 11-il bandist ieħor Balzani. L-ewwel festa bis-sehem tal-Banda San Gabriel li kienet saret nhar il-Ħadd 20 t’April 1952, fost l-entużjajżmu kbir tal-Balzanin kien ġie ppreżentat l-istandard bl-arma tas-Soċjetà, torri bir-raġġi fuqu bil-kliem ‘Fortitudo Dei’, maħduma fuq disinn ta’ Carmelo Said u nġabret minn Gabriel Pullicino u Piju Ebejer minn fost il-poplu ta’ Ħal Balzan. Bierek dan l-istandard il-Kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Ġużepp Minuti.
Xi ħaġa unika li kienet saret hekk fit-twelid tagħha l-Banda San Gabriel kienet li ħadet sehem b’marċ brijuż fiż-żewġ festi prinċipali tal-Belt Valletta... dik ta’ San Duminku f’Awwissu tal-1952 u f’dik ta’ San Pawl fi Frar ta’ 1953.  Ghall-festa tas-sena 1953 li kienet saret il-Ħadd 12 t’April, fl-Lejliet il-Festa, il-Banda San Gabriel żanżnet l-Innu l-Kbir Marija Annunzjata fuq kitba ta’ Dun Frans Camilleri u mużika ta’ Dun Karm Xerri. Kien ħa sehem it-tenur Joe Zammit Hammet u kor ta’ madwar 50 tifla.
It-tieni Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel kien Mro Clemente Sciberras li ħa t-tmexxija tal-banda fl-1 ta’ Mejju 1972 li dam sas-sena 1990. Is-sena 1984 hi importanti wkoll fl-istorja tal-Banda San Gabriel, b’mod partikulari fil-qalba tal-marċi brijużi li ddoqq il-Banda San Gabriel. F’dik is-sena l-Banda għamlet l-ewwel recording uffiċjali tagħha, dak żmien fuq cassette (tape). Jibqgħu jidwu l-marċi Peter ta’ Mro Gabriel Muscat (illum Surmast Onorarju mal-istess banda), u l-marċ Kumitat 1984 tas-Surmast Clemente Sciberras li dak żmien kien Surmast Direttur tal-Banda. Dan is-sett marċi sar taħt it-treġija tas-Surmast mibki u qatt minsi Mro Clemente Sciberras. Fil-festa tal-1984 kien sar il-marċ ta' filgħodu għall-ewwel darba fl-okkażjoni  tas-Sena taż-Żgħażagħ. Dan dam isir sentejn.
Is-Surmast Direttur attwali hu Mro Joseph Vella L.Mus. L.C.M., F.V.C.M.. Il-Kumitat Ċentrali kien approva l-ħatra tiegħu f’seduta tal-kamitat nhar l-14 ta’ Diċembru 1990 imbagħad ingħata l-bakketta tal-Banda San Gabriel fis-16 ta’ Jannar 1991. Ta’ min isemmi li Mro Joseph Vella kien ikkompona l-marċ Jurgen għall-Banda San Gabriel u kklassifika fl-ewwel post f’kompetizzjoni organizzata mis-Soċjetà Filarmonika Vilhena. Fil-preżent flimkien mas-Surmast Direttur hemm jassistiħ l-Assistent Surmast Mro Anthony Carbonaro.
Barra minnhekk, meta jaħbat avveniment importanti, il-Każin tal-Banda San Gabriel jiċċelebra bi Programm Mużikali Ċelebrattiv ħalli jfakkar u jagħti ġieħ lil missirijietna, li bl-għemil hekk kbir waqqfu Soċjetà hekk impenjattiva u glorjuża. Servizzi f’irħula u bliet ma naqsux. Ittellgħu diversi Programmi Mużikali ta’ livell fosthom il-Programm Mużikali fil-Belt Valleta fl-1958, fil-Ġonna ta’ Sant’Anton, fl-okkażjoni tal-75 sena mit-twaqqif, tal-50 sena Banda San Gabriel fis-Sala Aurora, fl-Anniversarju tat-350 Sena Porroċċa, fid-90 sena sar il-Programm Mużikali Ċelebrattiv fl-Iskola Primarja Stella Maris, tieħu sehem fl-Open Day tal-Hospice Malta u ta’ kull sena l-Banda San Gabriel ittellgħa l-Programm Mużikali fil-jiem tal-festa titulari tal-Lunzjata l-Ħamis fit-2 Jum tat-Tridu. ​Ġewwa Villa Macedonia, illum l-Ambaxxata Spanjola, f’dawn l-aħħar snin ukoll il-Banda San Gabriel tkun mistiedna ddoqq fis-serata ta’ Jum Spanja li ssir f’Ottubru kull sena, il-post fejn il-Banda San Gabriel għamlet l-ewwel dehra tagħha f’Marzu 1952. Minn żmien għall-żmien, tieħu sehem f’attivitajiet tal-Kunsill Lokali Ħal Balzan.
Is-sehem tal-Banda San Gabriel fil-festa ta' kull sena fil-ħruġ minn niċċa,  lejliet il-festa jsir marċ qabel il-Programm Mużikali u ma ninsewx ukoll il-marċ brijuż u mistenni li l-Banda San Gabriel ittellgħa eżattament fl-aħħar tat-Tridu fil-festa tal-Lunzjata meta l-qofol ikun it-tlugħ tal-istatwa tal-Arkanġlu Gabriel fuq il-pedestall biswit il-Każin fost il-briju tal-partitarji.
Din il-Banda San Gabriel ma tieqaf qatt, anzi għada kif telgħet Kunċert Strumentali uniku, nhar  il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-Mużika. Aktar informazzjoni dwar dan il-Kunċert tista tafas hawn.
Picture

Servizzi tal-Banda San Gabriel

  • ​​​​​Programm u Marċ - L-Erbgħa 24 ta' Awwissu 2016 fid-8.45pm sal-11.45pm f’San Ġiljan.

Picture
Aqra il-ktieb

Tagħlim tal-mużika b'xejn

Picture
It-tagħlim tal-allievi b'xejn baqa’ għaddej u tul dawn l-aħħar snin ta’ kull sena joħroġ alliev ġdid mal-Banda San Gabriel. It-tagħlim isir kull nhar ta’ Ħamis fil-5.30pm mill-Assistent Surmast Mro Tony Carbonaro u l-Ġimgħa fil-5.30pm mis-Surmast Direttur Mro Joseph Vella. Għal aktar informazzjoni tista tagħmel kuntatt magħna.

Marċi r-rekordjati

Il-Każin tal-Banda San Gabriel kien ħareġ l-ewwel cassette/tape għall-festa tal-1984. Kien sett ta’ marċi brijużi taħt is-Surmast qatt minsi Mro Clemente Sciberras. Żewġ marċi popolari li baqgħu jindaqqu u jinsabu fil-cassette kienu l-marċ Peter fuq kompożizzjoni tas-Surmast Onorarju Gabriel Muscat u l-marċ Kumitat 1984 fuq kompożizzjoni tas-Surmast Direttur ta’ dak iż-żmien Mro Clemente Sciberras. Għall-festa tal-1986 u tal-1990 ħarġu żewġ cassettes/tapes oħra u dawn kienu taħt id-direzzjoni  ta’ Mro Clemente Sciberras u fil-fatt dak li sar għall-festa tal-1990 kien l-aħħar sena li dderieġa l-Banda San Gabriel. Fl-1995 ġie rrekordjat cassette/tape ieħor fl-okkażjoni tal-75 sena mit-twaqqif taċ-Circolo San Gabriel. Marċ li baqa’ popolari u li kien rebaħ l-isbaħ marċ f’Gara Mużikali s-sena ta’ qabel kien il-marc Jurgen fuq kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Mro Joseph Vella. Għall-festa tal-1998 kien sar l-aħħar cassette/tape mill-Banda San Gabriel taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Vella. Imbaghad fis-sena 2000, fil-Millenju, saret l-ewwel Diska Kompatta (CD) ta’ marċi brijużi li kien ikkompona l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda Ssan Gabriel Mro Carmelo Briffa. Din ġiet irregalata min-neputi tiegħu s-Sur Charles Briffa. Fis-sena 2002 u 2004 saru żewġ Diski Kompatti taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Joseph Vella. Fis-sena 2006 saret għall-ewwel darba Diska Kompatta ta’ marċi funebri. Din kienet suċċess kbir għall-Banda San Gabriel. Diska Kompatta oħra saret fl-okkażjoni tad-90 sena mit-twaqqif taċ-Circolo San Gabriel, eżattament fis-sena 2010. Dawn il-marċi jżidu r-repertorju vast tal-mużika li jħaddan il-Każin tal-Banda San Gabriel.
L-ewwel Banda f'Ħal Balzan, il-Banda San Gabriel sa mill-1952.
 Kull dritt riservat. © 2016
  • Home
    • Djarju tas-Soċjeta'
    • Nostalġija mill-Imgħoddi >
      • Karnival
  • Festa 2017
  • Festa 2016
  • Teatru Manoel
    • Ritratti Sergio Muscat
    • Ritratti Daryl Cauchi
  • Każin
    • Presidenti
    • Kumitati
    • Idħol Membru
  • Festa
    • Banda
    • Nar
  • Ġimgħa Mqaddsa
  • Pubblikazzjonijiet
    • Ktieb tal-Festa 2017
    • Ktieb tal-Festa 2016
    • Nani u Ħal Balzan
    • Ktieb tal-Festa 2015
    • Ktieb 90 Sena Soċjeta'
  • Book Swap
  • Restaurant
  • Kuntatt
  • English
  • Festa 2016
  • New Page
  • Festa 2016