http:www.stgabrielbandclub.com
  • Home
    • Djarju tas-Soċjeta'
    • Nostalġija mill-Imgħoddi >
      • Karnival
  • Festa 2017
  • Festa 2016
  • Teatru Manoel
    • Ritratti Sergio Muscat
    • Ritratti Daryl Cauchi
  • Każin
    • Presidenti
    • Kumitati
    • Idħol Membru
  • Festa
    • Banda
    • Nar
  • Ġimgħa Mqaddsa
  • Pubblikazzjonijiet
    • Ktieb tal-Festa 2017
    • Ktieb tal-Festa 2016
    • Nani u Ħal Balzan
    • Ktieb tal-Festa 2015
    • Ktieb 90 Sena Soċjeta'
  • Book Swap
  • Restaurant
  • Kuntatt
  • English
  • Festa 2016
  • New Page
  • Festa 2016

Il-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa - Miċ-Ċena sal-Qawmien

Sena wara sena, il-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa qed tikber u dejjem iżżid il-popolarità. Ġeneralment tkun ibbażata fuq żewġ sulari u minn sena għall-oħra jiżdiedu affarijiet sabiex dejjem ikun hemm dik ix-xi ħaġa differenti u artistikament livell għoli.  
Deskrizzjoni fuq rit Lhudi tal-Aħħar Ċena
Il-qofol ikun iċ-ċena life size f kantina antika u tixhed l-awtentiċità tal-post uniku. Insibu diversi opri magħmula mill-istess membri bħal mudell tal-faċċata tal-Każin waqt ħruġ il-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm, l-ort tal-Ġetsemani life size, il-portiku ta’ Pilatu, il-vestwarju tal-purċissjoni, pitturi, statwetti li jirrappreżentaw il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, it-triq tas-salib forma ta’ presepju li turi l-mixja tal-Passjoni u xogħlijiet oħra artistiċi ta’ diversi nies oħra. Fl-aħħar tispikka statwa ta’ Kristu Rxoxt.
Matul is-snin żaru lill-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa diversi personaġġi fosthom l-Isqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna li kien faħħar ħafna x-xogħol tal-wira u ħeġġeġ biex dawn jibqgħu jsiru ħalli titkattar id-devozzjoni lejn il-Passjoni u dak kollu li għadda minnu Ġesu Kristu. L-eks President tar-Republika Dott George Abela kien kiteb hekk fil-ktieb tal-viżitaturi u wara qraħ: "Verament impresjonat bid-dedikazzjoni u l-ħidma tal-membri tal-Kumitat u ta' din is-Soċjeta` li b'tant ħila jaħdem b'mod vlontarju u b'impenn biex iżomm ħaj dak il-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna. Grazzi u prosit tassew." George Abela - President ta' Malta. 
Il-wirja tiġo nawgurata minn xi ħadd differenti ta' kull sena. Diversi membri jew benefatturi li jkunu taw il-kontribut tagħhom matul is-snin inawguraw il-wirja. Ma' dawn inżidu wkoll lill-eks Kappillani fosthom Dun Kalċidon Vassallo u diversi Ambaxxaturi Spanjoli li kienu residenti f'Ħal Balzan li inawguraw il-wirjiet. Ġieli ħadet sehem il-Banda San Gabriel. Dakinhar tal-kommemorazzjoni tal-Isqof Balzani fl-Awstralja Mons. Joseph D. Grech u fil-kommemorazzjoni ta' Victor Delicata, eks Superjur tal-Qasam tal-MUSEUM tal-fergħa ta' Ħal Balzan għal snin twal.

Purċissjoni ta' Ħadd il-Palm

Il-Purcissjoni ta’ Ħadd il-Palm tkun mistennija wkoll u tgħaddi mit-toroq Balzanin. Matul il-pageant jieħdu sehem diversi personaġġi Bibbliċi, suldati Rumani, Lhud, l-Appostli ma’ Ġesu’, nisa u tfal, il-ħmara, rgħajja man-ngħaġ u annimali oħra.  Din il-purċissjoni bdiet b’ammont żgħir ta’ personaġġi li jieħdu sehem u dan l-aħħar snin, l-ammont tela’ għal madwar 90 personaġġ.

Mhux l-ewwel darba li grupp ta' membri jieħu sehem f'purċissjonijiet f'diversi lokalitajiet oħra fosthom fil-purċissjoni li ssir f'Għawdex bl-isem ta' 'L-Imsallab fi Tirqatna', f'Ħal Tarxien kif ukoll fil-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt li ssir f'Birkirkara organizzata mill-Għaqda Mużikali Sant'Elena.
Din is-Soċjeta` li b'tant ħila taħdem b'mod volontarju u b'impenn biex iżomm ħaj dak il-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna.
 Kull dritt riservat. © 2016
  • Home
    • Djarju tas-Soċjeta'
    • Nostalġija mill-Imgħoddi >
      • Karnival
  • Festa 2017
  • Festa 2016
  • Teatru Manoel
    • Ritratti Sergio Muscat
    • Ritratti Daryl Cauchi
  • Każin
    • Presidenti
    • Kumitati
    • Idħol Membru
  • Festa
    • Banda
    • Nar
  • Ġimgħa Mqaddsa
  • Pubblikazzjonijiet
    • Ktieb tal-Festa 2017
    • Ktieb tal-Festa 2016
    • Nani u Ħal Balzan
    • Ktieb tal-Festa 2015
    • Ktieb 90 Sena Soċjeta'
  • Book Swap
  • Restaurant
  • Kuntatt
  • English
  • Festa 2016
  • New Page
  • Festa 2016