Każin tal-Banda San Gabriel Ħal Balzan A.D.1920 - VO/0127
Fiċ-ċentru ta’ Malta jinsabu t-tliet irħula, fosthom Ħal Balzan. Toroq dojoq u mserrpin iwassluk fiċ-ċentru tar-raħal, ħdejn il-knisja parrokkjali ddedikata lil Marija Annunzjata. Għad-dell tal-knisja ssib il-Każin tal-Banda San Gabriel. Merħba fil-Palazz tagħna. Soċjetà magħrufa minkejja li tinsab f’raħal żgħir. Bliet u rħula oħra kienu għadhom jikru s-sede tagħhom, imma missirijietna kienu fost l-ewlenin li ħasbu sabiex fl-1957 jixtru dan il-palazz ħdejn il-knisja, fil-qalba tar-raħal. Dan il-pass, li l-Każin tal-Banda San Gabriel ikollu l-proprjetà tiegħu u mhux jikri, kien pass għaqli. Matul is-snin il-membri ħabrieka tal-każin komplew ikabbru dan il-palazz permezz ta’ proġett ta’ bini ġdid imqassam fuq tliet sulari… Każin ħaj is-sena kollha
|