12 ta' April - Valent Azzopardi - Membru tal-Kumitat u Kap ta' Nar (RIP 8-4-07).
Ezattament f’Hadd il-Ghid, mal-4.30pm thabbret il-mewt ta’ Valent Azzopardi, Licensee’ tal-Ghaqda tan-Nar San Gabriel u Membru fil-Kumitat Centrali tal-Kazin tal-Banda San Gabriel.  Valent kien ilu aktar minn 60 sena fil-manifattura tal-loghob tan-nar.  U dan dejjem ghamlu mill-qalb sabiex bid-delizzju tieghu jsebbah u jkabbar il-festa tal-Lunzjata li ssir f’Hal Balzan.  Valent ghamel isem f’pajjizna ghax xoghlu kien prodott tajjeb u ghalhekk kien imfittex minn festa ghall-ohra madwar il-gzejjer Maltin sabiex ikollhom ix-xoghol ta’ Valent specjalment
il-murtali tal-kulur.

Twieled fit-8 ta’ Marzu, 1929… s’intendi f’Hal Balzan.  Sa minn eta’ zghira kellu gibda lejn il-Kazin tal-Banda San Gabriel tant li nsibuh ferm attiv li flimkien ma’ Gabriel Caruana MQR fl-1952 titwaqqaf il-Banda San Gabriel kif ukoll biex 50 sena ilu (fl-1957) jinxtara s-Sede sabiex il-Kazin tal-Banda San Gabriel ikollu minn fejn jiffunzjona ferm ahjar.  Pero’ l-gibda ta’ Valent kienet l-aktar lejn il-manifattura tal-loghob tan-nar. 

Imbaghad sakemm fl-1963 sehhet il-holma ta’ Valent…dik li titwaqqaf l-Ghaqda tan-Nar San Gabriel fi hdan il-Kazin tal-Banda San Gabriel sabiex id-dilettanti jkollhom il-post addattat minn fejn issir il-manifattura kollha tal-loghob tan-nar.  M’hemmx dubju li aktar mument importanti matulek ja sena li Valent ikun qed jistenna ghax kien jahdem u jistinka, tkun il-harqa ta’ lejliet il-festa bid-diversi murtali tal-kulur li jzewqu s-sema sajfija ta’ Lulju.

Nahseb il-funeral li sar il-Hamis 12 ta’ April, 2007 wera l-imhabba li l-poplu Balzani kif ukoll id-dilettanti tal-loghob tan-nar Maltin kellhom lejn sehibna Valent.  Naturalment, il-Banda San Gabriel, dik il-Banda li tant habb f’hajtu, akkompanjatu bid-daqq ta’ marci funebri tul Triq il-Kbira sal-Knisja Parrokkjali.  Imbaghad hekk kif wasal it-tebut biswit il-Kazin tal-Banda San Gabriel, il-Kumitat Centrali flimkien mal-membri tawh l-ahhar tislima.

Fil-kelmtejn li ghamel il-Kappillan Dun Kalcidon Vassallo qal li Valent irid ikun ta’ ezempju ghalina ghax kien biezel u ta’ ezempju ghall-proxxmu tieghu.  Il-Kappillan kompla biex qal ukoll li Valent qatt ma naqas milli qabel jitla’ lejn il-Kamra tan-Nar imur jisma’ quddiesa, u dan ghamlu ghax emmen f’Alla u s’intendi habb lil Marija Annunzjata li llum qed igawdihom fl-hena ta’ dejjem.  Fl-ahharnett Dun Kalc ghogbu l-ispunt li ra fuq il-poster mal-faccata tal-Kazin meta hemm miktub GRAZZI VALENT

Iva il-Kumitat Centrali flimkien mal-membri u l-familja kbira li jhaddan il-Kazin tal-Banda San Gabriel jixtieq jghid GRAZZI VALENT, u minn fejn qieghed itlob ghalina halli nkomplu nimxu ‘l quddiem u nkabbru l-isem tas-Socjeta’ taghna kif ukoll il-festa tal-Lunzjata, l-affarijiet li int tul f’hajtek habbejt.

8 ta' April - B'niket nhabbru l-mewt ta' Valent Azzopardi membru tal-Kumitat Centrali u Kap tal-Kamra ta' Nar San Gabriel.


© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.