|
Sa April ta' l-1920, F'Hal Balzan, kien hawn biss Socjeta wahda. Tlett zghazagh, Giuseppe Muscat, Giuseppe Falzon u Salvatore Attard zaru lill-Kappillan Dun Annibale Sisner u dan fl-20 t'April, 1920 krielhom id-dar nru. 5, Triq Santa Marija, Hal Balzan biex ikunu jistghu jifthu Socjeta gdida. Huma xtaqu jsemmu l-Kazin "San Valentino" gha-tieni qaddis patrun ta' Hal Balzan. Il-Kappillan Sisner pero, ta' diplomatiku li kien, biex jevita li aktar il-quddiem f'Hal Balzan setghu jigu ccelebrati zewg festi primarji, taghhom parir li l-Kazin il-gdid ghandu jissemma ghall-Arkanglu Gabriel, biex b'hekk iz-zewg Kazini jahdmu ghall-Festa wahda. Iz-zghazagh jidher li accettaw u b'hekk Hal Balzan evita l-piki li ghadhom jezistu sal-lum f'diversi rhula ta' Malta. Ghalhekk id-data ufficjali tal-ftuh tas-Socjeta l-gdida ghadha tkun, 19 t' April 1920. Il-Minuti ta' dik l-ewwel laqgha memorabli, jekk qatt inkitbu s'issa ma nstabu mkien, pero mill-ktieb ta' "L-Introito u Esito" ta' dan iz-zmien, naraw li "Circolo San Gabriel" kien fetah b'20 socju li hargu porzjon ta 2s 6d (12c 5m) kull wiehed. Hawnhekk ta minn jinota li l-kera tad-dar fejn infetah il-kazin kien ta' £2 kull 6 xhur. Mill-kotba tal-minuti jidher li pearson kien l-ewwel President ghalkemm dam ghal ftit xhur. Interessanti l-fatt li fir-rendikont tat-13 ta' Novembru, 1920, nsibu miktub id-dhul ta' 5s (25c) ghall-"ghera tal-kamra tal-football". Prova li l-football kien ga jezisti f'Hal Balzan f'din is-sena. L-iskop tac-circolo kif kien maghruf sa l-1944, kien li jghin fil-festi esterni li jsiru f’Hal Balzan ad unur Marija Annunzjata. Dan jixhdu l-pedestall maestuz ta’ Guditta li wara hames snin li twaqqaf ic-circolo beda jingabar arbural ghal dan il-pedestall gdid kif nafuh illum. Barra minn dan, il-kazin kien jorganizza attivitajiet socjali, kulturali kif ukoll dawk religjuzi ghall-membri tieghu. Il-Kazin
San Gabriel f'5 postijiet differenti
5.
Il-post li ngawdu llum li nxtara bit-thabbrik ta’ Gabriel Caruana
nfetah fl-1 ta’ Settembru 1957. Post maestuz taht id-dell tal-Knisja. Anzi dan
l-kazin jista jissejjah Palazz. Ta’ minn jghid li mill-1957 l-hawn f’dan il-post
saru hafna alterazzjonijiet. |
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |