|
Minn
Dun Gwann Dimech Fil
vizta Pastorali ta’ l-isqof Mons. Tumas Gargallo, li ghamel f’Hal Balzan
nhar l-4 ta’ Dicembru 1601, insibu li sa qabel dak in nhar la kien issir l-Ghasar
ta’ Lejliet il-festa u l-anqas ma kienet issir Quddiesa Kantata fil-jum
tal-festa: kienet issir biss quddiesa letta. Izda fir-relazzjoni tal-Viztu
imsemmija, naqraw li kienet ghada kemm giet moghtija bicca art u dar lill-
Knisja ta’ l-Annunzjata biex b’hekk ikunun jistghu; “isssiru l-ghasar
ta’lejliet il-festa u l-quddiesa
Kanatata f’nhar il-festa kif ukoll biex jitqassmu l-ikel lil fqar” . Nafu
wkoll minn din l-istess Vizta li l-Kappilan ta’ Birkirkara ta’ dak iz-zmien
, Dun Filippu Borg J.U.D., Kien ta kull sena jigi jqaddes fil-Knisja
tal-Lunzjata l-qadima biex izomm id-drawwa li kien minn Hal-Balzan, halla bicca
art biex ta’ kull sena titqaddes quddiesa nhar il-festa.(1) Sa minn meta hal-Balzan sar Parrocca ghalih nhar l-14 ta’Awiss 1655, kif ukoll sa minn meta l-Knisja Parrokjali li ghandna llum bdiet tiffunzjona bhala l-Knisja Parrokjali nhar is 17 ta’ Dicembru 1668.(2) il-festa ta’ Marija Annunzjata bdiet kull ma tmur tikber ta’ kull sena. F’din
il-medda ta’mija u sebgha u disghin sena, saltnu f’Malta tlettax- il Gran
Mastru. Mexxew id-Djocesi disa’ Isqfijiet u l-parrocca ta’ Hal Balzan sa
mis-sena 1655 kellha seba’
Kappillani. Miniex
behsiebni nidhol f’hafna dettalji dwar tizjin u armar li kienu jsiru
ghall-festa tal-Lunzjata, sija fil-knisja kemm ukoll barra. Nafu li dawn ma
sarux f’daqqa izda hadu z-zmien ; tant hu hekk li sal gurnata tal-lum l-armar
tal-Knisja u ta’ barra ghadu kull ma jmur jizdied u jisbieh. Biss inhoss li
Ghandi nsemmi dak li l-aktar laqatni meta kont dan l-ahhar inqalleb il-kotba li
fihom inzammu x’uhud mill-kontijiet tal-festa titulari bejn is-sena 1601 u
sena 1780. Hekk
insibu li sa dak iz-zmien , id-damask tal-Knisja Parrokjali kien ghadu ma sarx u
knisja minghajr damask fil-festa zgur li titlef parti integrali mit-tizjin
taghna. Ghalhekk insibu li l-Balzanin ta’dak iz-zmien irnexxielhom isibu
knisja ohra li setghet tislef
id-damask taghha u din il-knisja kienet dik ta’ San Fillippu ta’ L-Isla. Ma
kienx facli li mill-ewwel insir naf
minn liema knisja dan id-damask kien qed jingieb. Meta bdejt inqalleb
il-kontijiet wiehed wara l-iehor, bdejt insib: “Per fitto di damasco per
barche, per pastasi portatura e riportatura” jigifieri “ Ghal kiri ta’
damask, ghad-dghajjes, ghal dawk li garrewh lejn Hal-Balzan u lura”. Izda fl-ahhar
tfacca kont u warajh ohrajn li specificaw minn liema knisja dan id-damask
kien qed jingieb u semmew : “ Affito di Tapezzria dalla Chiesa di San Filippo
della Senglea”.(3) Kienet
drawwa li fil-granet tal-festa titulari u f’xi festi ohra l-pavimenti tal
knejjes jigu miksija bil-weraq tar-rand. Klin, saghajtar u harrub. L-art
tal-knisja taghna kienet tigi ukoll miksija b’dan il-weraq. Sibt li
ghall-okkazjoni tal-festa tal-Lunzjata il-balzanini kienu igibu erba’ mazzi ta
weraq mill-gonna tal-buskett u tlettax –il qatta saghtar.(4) Mix-xatt
tal-Belt kienu jinxtraw erba’ bramel qatran li kienu juzawh flimkien ma’ l-injam
ghal-mixeghla.(5) Ghall-illuminazzjoni
ta’ barra kienu jikkru mijiet ta’ lampi ikkuluriti taz-zejt u dawn kienu
jgibuhom minn Birkirkara u minn Hal-Lija.(6) Sa
ma sar l-orgni tal-knisja fil-1727, insibu li l-prokuraturi kienu jhallsu
ghal-kiri ta’ orgni.(7) Insibu
ukoll li ghal bosta snin kien imexxi l-muzika tal-festa l-meastro di Cappella s-Surmast
Melchiore San Martin. (8) Il-maskli
kienu jinkrew minn Birkirkara, li nsibuha imsemija: “Affitto delli mortaletti
da Bella Cara”.(9) Kienet
uzanza sabiha hafna li-l-Kappillan tal-Parrocca ta’ Hal Balzan qrib il-jum
tal-festa ta’ l-Annunzjata, kien jikri kaless u kien imur jistieden lill-Gran
Mastru kif ukoll lill-Isqof.(10) Il-kalesis
kienu wkoll jinkrew ghall-predikaturi tal-Panegirku, kif ukoll xi drabi nsibu
tliet kalessi ghal muzicisti u ghall-kantanti.(11) Ta’
min isemmi l-qubbajt, helu li hu marbut mal-festa taghna. F-wiehed mill-kotba
tal-kontijiet tal-Knisja Parrokkjali sibt il-qubbajt imsemmi: dan kien fis-sena
1746 meta gie moghti lill-abbatini li ghamlu akkolti u censier fil-festa.(12) Fis-sena
1759 insibu li jissemmew ghal-ewwel darba t-tamborlini li hadu sehem fil-festa.
Dan kien meta l-prokuaturi kienu Dun Gian Indri Magri u Mastru Gian Grixti.(13) Nispicca
billi ngib kopja ta’ kont tal-festa:
Referenzi 1.
Dimech – Hal Balzan Nur.6 3.
Arkiv. Parr – Lib 48 5.
Archiv. Parr – Lib Ibid. Cit 7.
Archiv. Parr – Lib 56 9.
Archiv. Parr – Lib. ibid. cit 11.
Archiv. Parr – Lib. ibid. cid 13.
Archiv. Parr – Lib 56 A |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |