|
F’Hal-Balzan
kien ilu jinhass il-bzonn ta’ attivitajiet muzikali. Tant hu hekk li f’certu
zminijiet inholqot ghaqda orkestrali. Dan gie kkonfermat f’artiklu ta’ Anton
Camilleri dwar iz-zjara tal-Gvernatur Charles Bonham Carter f’Hal Balzan
fl-1936. Is-Sur Camilleri kiteb hekk: Il-Gvernatur
u martu maru fil-kazin San Gabriel. Jilqghuhom sabu lill-President John Borg u
s-segretarju Valent Cardona flimkien mal-membri. Fil-kazin kien hemm iddoqq
banda zghira li malli dahal il-Gvernatur daqqet il-“ God save the King”.
Wiehed mill-gurnali jghid li dawk li kienu jdoqqu kienu lokali: “a small local
band was playing”. Pero
gara li din l-orkestra jew banda zghira meta habtet ha tiehu r-ruh, tbielet u
mietet f’qasir zmien. Ghalhekk dan il-vojt beda jinhass aktar minn qabel. Izda
mhux imbilli tghid li tghaqqad banda, billi f’din il-bicca xoghol hemm mistura
bosta u bosta diffikultajiet li biex wiehed jidhol ghal din il-bicca xoghol irid
ikun bniedem ta’ kuragg kbir.
Kien il-jum tal-5 ta’Awissu 1951 ressaq il-proposta formali lill-kumitat tal-kazin biex tigi imwaqqfa il-banda. Ma din il-proposta pprezenta wkoll lista ta’hdax –I bandist u erbgha alievi li xtaqu jitghallmu l-banda. I-kumitat iddecieda li jsejjah Laqgha Generali ghall-approvazzjoni ta’ din il-proposta.
Mal
mewt tas-Surmast Briffa il-kumitat haseb biex issib Surmast gdid , dan kien is-Sur
Clemente Sciberras A. Mus. L.C.M li ha l-inkarrigu f’Mejju ta’ l-1972. Fis-sena
1991 fis-16 ta’ Jannar, il-banda San Gabriel ghaddiet that il-bakketta
tas-surmast Direttur gdid Mro. Joseph Vella A. Mus. L. C. M. L.Mus. L.C.M
V.V.C.M.
Tul
dawn l-ahhar wiehed u hamsin sena il- Bnada San Gabriel ghamlet unuri kbar lil
Hal Balzan. Iz-zerriegha li zera’ Gabriel Caruana flimkien ma’ shabu fl-1952
qed ingawdu l-frott taghha llum. Tul dawn il-wiehed u hamsin sena l-banda taghna
akkumpanjat diversi attivitajiet kemm ta’ ferh kif ukoll ta’ niket. Hawn ma
nistghux ma nsemmux lil dawk li hadmu u ghamlu s-sagrificcji li illum
m’ghadhomx maghna. Lil dawn nghidulhom grazzi mill-qalb. Bit-twaqqif tal-Banda
San Gabriel wiehed u hamsin sena ilu, il-festa ghaziza taghna ta’ Marija
Annunzjata zgur li kompliet tikber. |
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |