16 ta' Settembru 2005 - L-Ahhar tislima lil Robbie Farrugia

Nhar il-Gimgha 16 ta' Settembru, 2005 fil-Knisja Parrokkjali sar il-Funeral ta' Robbie Farrugia wara d-disgrazzja li sehhet fil-Kamra tan-Nar San Gabriel.  Fit-3.00pm beda l-korteo minn Triq il-Kbira bis-sehem tal-Banda San Gabriel li daqqet diversi marci funebri u fl-4.00pm inghata bidu ghall-quddiesa praesente cadavere.  Prezenti kien hemm il-President tar-Repukklika Ecc.Tieghu Edward Fenech Adami, il-Vici-Prim Ministru Dr. T. Borg, Membri Parlamentari taz-zewg nahat tal-Kamra, diversi Ghaqdiet Piroteknici u Baned Maltin, familjari, qraba u hbieb.  Fuq it-tebut kien hemm il-bandiera tal-Kazin tal-Banda San Gabriel kif ukoll dik tal-Maltcom li maghha Robbie kien jahdem bhala security guard.  Bhala tislima nharaq ukoll salut hekk kif il-korteo kien ghaddej mill-pjazza.  Qabel it-tebut iddahhal fil-Knisja Parrokkjali, membri mill-Kazin tal-Banda San Gabriel refghu t-tebut u mxew quddiem l-Kazin fejn il-President is-Sur Lino Borg u s-Segretarju s-Sur Joseph Spiteri, f'isem il-Kumitat u l-membri kollha tas-Socjeta, flimkien ma' l-istandard tal-Kazin tawh l-ahhar tislima. Fi tmiem il-quddiesa nqara hsieb qasir minn Reuben Degabriele.  It-tebut inhareg mill-Knisja fost capcip kbir mill-folla numeruza li ngabret fuq iz-zuntier biex jaghtu l-ahhar tislima lill-mahbub Robbie Farrugia.

14 ta' Settembru 2005 - Incident fil-Kamra ta' Nar San Gabriel ta' Hal Balzan
Wara l-incident li sar fil-Kamra ta' Nar San Gabriel ta' Hal Balzan nhar il-Erbgha 14 ta' Settembru 2005, l-attivitajiet li kellhom issiru gew imhasra b'sinjal ta' luttu. L-incident li sehh ghal-habta ta' 8.45am sfortunatament halliet persuna ta' 57 sena mejta. Dan kien Robbie, persuna mizewga bi 3 t'itfal, li tant hadem u stinka tul hajtu kolla biex flimkien mal-kumplament, ta' kull sena jahdmu loghob ta' nar ghall-Festa ta' Marija Annunzjata f'Hal Balzan u diversi rhula ohra madwar Malta. Fl-istess hin ta' l-incident kien hemm 2 persuni ohra, Valent Azzopardi u Zaren Azzopardi. Dawn zewg persuni ma gralhom xejn. L-incident sehh meta Robbie kien qed jahdem fuq materjal spluzziv, jghidulu l-beraq, li dan sploda f'idejh. Robbie miet ma daqqa. Ma grat l-ebda hsara fil-bini tal-kamra ta' nar. Robbie zgur illi jibqa maghna fi qlubna u issa qied hdejn Marija Annunzjata jitlob ghalina.

14 ta' Settembru 2005 - La Notte Di San Gabriele - KANCELLAT B'SINJAL TA' LUTTU
Nhar is-Sibt 1 ta' Ottubru 2005 Lejla Maltija fil-gnien tal-Kazin mit-8.00pm il-quddiem. Prezz Lm5 il-Kbar u Lm2.50 it-Tfal. Varjeta shiha ta' ikel Malti, Live Entertainment minn The Greenfields, loghob tan-nar, ritratti tal-Festa 2005 fuq il-Big Screen, etc.

14 ta' Settembru 2005 - Blue Planet Party - KANCELLAT B'SINJAL TA' LUTTU
Nhar il-Gimgha 30 ta' Settembru 2005 mit-8.00pm il-quddiem fil-bitha tal-Kazin. Prezz Lm2.50 u jigi mqassam l-ikel. Fil-kumpanija ta' Dj Frans u Dj John - Kulhadd jilbes flokijiet blu!!!


© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.