Il-Kaxxier qed jilqa` donazzjonijiet b'risq il-Progett ta' Bini Gdid fil-Kazin
€5.00 fix-xahar ghal perjodu ta' tnax il-xahar,
Jannar 2010 sa Dicembru 2010. Grazzi bil-quddiem!
 Filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem ta’ l-ghotjiet li tistghu toffru, navzawkom li tinghata ricevuta ghal kull donazzjoni li toffru.

Gurnata, b'Gurnata - Il-Progett ta' Bini Gdid fil-Kazin.
Informazzjoni migbura mill-President is-Sur Lino Borg
Ritratti u Videos minn Saviour Deguara

Tkompli...

28 ta' April 2009 - Aktar ritratti tal-bini l-gdid tal-Kazin...

6 ritratti

30 ta' Marzu 2009 - Ritratti tal-progett...

10 ritratti

9 ta' Frar 2009 - Restawr fit-tarag tal-bejt, li issa jaghti ghas-Sala l-gdida ukoll, fuq still antik minn membri tal-Kazin...

4 ritratti

18 ta' Ottubru 2008 - Jinghata l-konkos fl-art tal-basement.

4 ritratti
 

5 ta' Settembru 2008 - Jaslu l-planki tas-saqaf tas-sala l-gdida l-Kazin...
Illum il-Gimgha 5 ta' Settembru, gurnata ta' storja ohra ghall-Kazin tal-Banda San Gabriel. Hekk kif mas-7.00am beda xoghol biex jitpogga saqaf tas-sala l-gdida ta' fuq.
Tistaw taraw ir-ritratti ta' xoghol kollu li sar fuq is-saqaf tas-sala l-gdida illum il-Gimgha 5 ta' Settembru...

21 ritratti u 1 Video

24 ta' April 2008 - Jaslu l-Planki, il-Kazin.
Il-Hamis 24 ta' April 2008, fil-11.00am waslu l-planki il-Kazin, biex tibda tinbena Sala l-kbira ta' fuq.

29 ta' Frar 2008 - Il-kuntrattur lesta l-armar tas-shutter fuq it-terrazzin. Lino Borg u Louis Ebejer komplew jahdmu fil-kantina u filghaxija z-zghazagh komplew johorgu terrapin.

28 ta' Frar 2008 - Louis Ebejer fit-8.00am kompla jhaffer il-kantina u Lino Borg, Arsenio Brincat u Lorry Muscat hargu terrapien. Il-Kuntrattur beda jarma travetti ghal konkos bejn il-hnejjiet l-godda u s-Sala Manduca. Filghaxija fil-5.30pm Simon Barbara, Alan Deguara, Matthew Lia u Jenapaul Buttigieg komplew jahdmu fil-kantina.

27 ta' Frar 2008 - Fl-4.00pm John Pullicino u Alan Deguara komplew ihaffru l-kantina u Matthew Lia u Jeanpaul Buttigieg hargu terrapien.

26 ta' Frar 2008 - Il-Bennejja komplew ipoggu saljaturi tal-gallarija.

25 ta' Frar 2008 - Gew il-kuntrattur u l-bennejja u bdew itellghu s-saljaturi ta' taht il-gallarija bil-crane. Lino, Senio, Beli u Victor Muscat komplew iqattaw l-bieb tal-kantina. Filghaxija Alan Deguara flimkien ma Zghazagh komplew iqattaw l-blat fil-kantina.

23 ta' Frar 2008 - Fis-7.15am gie truck u tellghajna zewg vjaggi terrapin mill-kantina. Fl-4.00pm Alan u John Pullicino komplew iqattaw l-kantina.

22 ta' Frar 2008 - Lino Borg kompla jqatta l-kantina.

21 ta' Frar 2008 - Louis Ebejjer, Lino Borg u Gabriel Ebejjer komplew jqattaw l-blatt fil-kantina. Lorry Muscat bena bejn travi tal-hadid tal-kantina. Filghaxija komlpew iqattaw Alan, Simon u Jean Paul Buttigieg.

20 ta' Frar 2008 - Il-Kuntrattur gie ha l-bendsaw. Louis Ebejjer gie jqatta l-blat fil-kantina. Lino Borg u Gabriel Aguis nehhew 40 karretta terrapien.

19 ta' Frar 2008 - Lorry Muscat u Gabriel Aguis komplew iqattaw l-blat biex jitwessa l-bieb tal-kantina. Filghaxija komplew Alan u Simon iqattaw l-kantina.

18 ta' Frar 2008 - Lorry Muscat beda jqata biex jitwessa l-bieb tal-kantina taht it-travi, flimkien ma Lino Borg u Gabriel Aguis.

16 ta' Frar 2008 - Komplejna nhaffru l-kantina mis-siegha sa sitta ta' filghaxija. Gew grupp ta' Zghazagh flimkien ma Lino Borg, Alan Deguara, Simon Barbara, Beli, Saviour Deguara, etc.

14 ta' Frar 2008 - Lino Borg, Raymond Debono u Joseph Spiteri marru ghand ic-Caqnu, Polidano Bros biex hallasna l-planki tal-basement.

13 ta' Frar 2008 - Alan u Ganni bdew jhaffru l-Kantina. Chetcuti ta' Karmnu l-Patrakk silifna 'Jackhammer', ghax meta thaffer l-basement il-kantina giet aktar gholja mill-basement.

11 ta' Frar 2008 - Il-Bennejja komplew is-saljaturi u l-kuntrattur beda jgharma bis-seratizzi fuq it-travi ghas-saljaturi imma ghamlet ix-xita.

9 ta' Frar 2008 - Tajghna dawl is-Sala Manduca mill-cable il-gdid minn taht l-art.

8 ta' Frar 2008 - Komplew is-saljaturi, imma ghamlt ix-xita.

7 ta' Frar 2008 - Il-Bennejja bdew is-saljaturi ta' taht il-gallarija.

6 ta' Frar 2008 - Il-kuntrattur dahhal il-krejn fil-bitha u tella l-blajjet tal-bieb in-naha ta' tarag u l-bennejja komplew jibnu. Wara nehhew l-gebel ta' l-appramorta tas-Sala Manduca n-naha tal-bitha. Iz-Zibgi gab il-gebel tad-9 ghas-saljaturi. Lestejna t-trink mil main switch ghas-Sala Manduca.

5 ta' Frar 2008 - Iz-Zibgi gab il-blajjet u vjegg gebel. il-bennejja poggew il-blata tal-bieb tax-xaft u komplew jibnu fuqa.

4 ta' Frar 2008 - Il-Bennejja komplew l-filatti fuq il-hnejjiet. Komplejna t-trinka fil-konkos ta' l-art fit-toilet tal-handycap ghal main switch tas-Sala Manduca.

1 ta' Frar 2008 - Il-Bennejja lestew il-hnejjiet u komplew il-hajt tax-xaft. lorry u Lino bdew it-trinka fil-konkos ta' l-art fit-toilet tal-handycap ghal main switch tas-Sala Manduca.

31 ta' Jannar 2008 - Kahhalna l-main switch u conduit ta' l-entratura u l-Bennejja komplew il-hnejjiet minn naha ta' wara.

30 ta' Jannar 2008 - Il-Bennejja komplew l-arkata tan-nofs u tan-naha tat-tarag minn quddiem. Lorry Muscat qatta trinka ghal Main Switch tal-entratura ghas-sala ta' fuq. Alan Deguara, Lino Borg u Gabriel Aguis nadfu l-hofra tal-lift u saret hofra ghal pompa ta' l-ilma taht il-lift u komplejna naddafna l-bitha mill-hamrija u tghajna l-konkos. Renald Gauci zabbar sigra ta' Lumija.

29 ta' Jannar 2008 - Il-kuntrattur kompla naddaf il-hamrija tal-bitha. Guzeppi u Pawlu bnew hajt tal-bricks fil-kamra zghira biex jinforza l-hajt l-qadim tal-bini. Gie truck gebel minn ghand iz-zibgi. Beda is-shutter tas-suletta fl-entratura. Gie l-perit u fasal it-toilets ta' isfel flok tal-bitha. Kienu prezenti Lino Borg, Saviour Deguara, Alan Deguara, Joseph Spiteri, il-kuntrattur u l-perit.

28 ta' Jannar 2008 - Il-kuntrattur gab ir-ramel ghall-nofs il-basement. Guzeppi u Pawlu komplew l-ewwel arkata n-naha ta' wara.

26 ta' Jannar 2008 - Iz-zghazagh tellghu mill-kantina l-gagazza biex tinbena l-golgota. Wara nehhew it-terrapin li kien fadal fuq il-giebja u taw il-konkos flok il-madum mkisser. Alan Deguara u Lino Ciappara.

25 ta' Jannar 2008 - Bnew l-ewwel arkata n-naha tal-banafostri.

24 ta' Jannar 2008 - Il-Bennejja ghamlu 4 filatti gebel imma telqu minhabba l-maltemp.

23 ta' Jannar 2008 - Alan Deguara u Lino Ciappara komplew il-katusi fix-xaft u pipe tal-ilma mill-pompa ghax-xaft.

21 ta' Jannar 2008 - Il-Kuntrattur kompla jimla madwar il-katusi u wara ta' l-konkos lit-terazzin. Il-bendsaw ta' guzeppi u Pawlu grala l-hsara.

20 ta' Jannar 2008 - Komplew il-katusa tal-ilma mill-gibja ghax-xaft. Bnew mill-gdid il-ventilatur tal-kantina fit-terrazin. (Beli, Alan Deguara u Simon Barbara)

19 ta' Jannar 2008 - Fl-10 ta' filghodu Joe Grech baghad 3 yardi cuni zrar u ramel u wara dahluh gewwa Raymond Debonu u Lorry Muscat. F' 12.30pm gew l-ahhar 4 planki ghal basement minn ghand ic-Caqnu. Bdejna naddu l-katusi tal-101 minn taht it-tarag tal-bejt ghax-xaft. Ghaddejna l-katusi tal-100 minn taht it-tarag tal-bejt ghax-xaft. Imlejna l-forma tal-kaptelli tal-gibja bil-konkos u poggejna l-kaxxa ghal pompa ta' l-ilma hdejn il-gibja. Naddafna taht it-tarag tal-bejt u hrigna kollox ghal lis-skip. Lino Borg, Lino Ciappara, Alan u Saviour Deguara, Simon Barbara u Beli.

17 ta' Jannar 2008 - Wahhalna l-kaxxi tal-Main Switches fil-basement. Martin tal-kuntrattur hammel fuq it-terazzin u l-pedament tax-xaft taht l-banavostri. Guzeppi u Pawlu bnew l-pedamenti tax-xaft. Gie trakk gebel tas-7 minn ghand iz-zibgi mis-Siggiewi.

16 ta' Jannar 2008 - Alan Deguara, Lino Borg u Beli wahhlu l-fence ma dawra kollha, Triq Annunzjata. Il-bennejja komplew jibnu il-pedament ta' Sala fil-bitha tal-Kazin u bdew jiffurmaw l-arkati. John Pullicino iqatta bil-grinder il-hadid zejjed tal-fence u Lino Ciappara inewwel li hemm bzonn u jaghmel il-cafe u xi bicca cake.

15 ta' Jannar 2008 - Lorry Muscat haffer trinka ghal ilma fil-Basement mall-hajt tal-lift. Guzepp u Pawlu, l-bennejja taw il-bricks in-naha tal-bini fejn gej it-tarag. Joe Borg nehha is-sigra minn fuq il-parapett

14 ta' Jannar 2008 - Il-pedamenti tas-Sala lesti. Zbajna bil-qatran u Alan Deguara u Simon Barbara pogga l-membraine mall-genb tal-gebel in-naha ta' Sala Manduca.

12 ta' Jannar 2008 - Tajna l-qatran fil-basement u mall-pedament tas-sala in-naha ta' gewwa. Wara is-siegha Alan Deguara u Simon Barbara bdew il-membraine fil-basement. Saviour Deguara gab il-pastizzi u beda jnaddaf flimkien ma Lino Ciappara fuq it-terrazin biex jkun jista jinqala l-madum. Il-Perit Rizzo Naudi, Joseph Spiteri u l-kuntrattur kejlu fuq il-pedament fejn se jiggu l-hnejjiet ta' isfel quddiem is-Sala Manduca. Alan Deguara gab 10 rombli membraine.

11 ta' Jannar 2008 - Kompla l-pedament tas-sala u lest l-ewwel qatran. Irrangajna l-wires fil-main switch room.

10 ta' Jannar 2008 - Beda l-pedament bil-gebel tas-sala in-naha tal-lumija. Lino Borg u Beli naddfu nofs il-basement ghal qatran, in-naha tal-Knisja.

9 ta' Jannar 2008 - Kompla t-toilet tal-Handycaps u pogga l-arkata tal-passag bejn it-toilet u l-lift.

8 ta' Jannar 2008 - Pogga 5 filati bricks fit-toilet tal-Handycaps. Ta' l-konkos tal-pedament tas-sala fil-bitha.

7 ta' Jannar 2008 - Kompla naddaf il-pedament tas-sala mill-hamrija u beda jnehhi terrapin mill-bitha. Bena 5 filati bricks tal-lift fuq il-planki.

5 ta' Jannar 2008 - Ghaddejna tlett conduit ta' l-40 minn hdejn il-main switch ghal taht it-tarag.

4 ta' Jannar 2008 - Il-Kuntrattur beda jgib il-gebel ghal pedament tas-sala fil-bitha. Fetah l-arkata tal-bitha mitt-travetti.

2 ta' Jannar 2008 - Morna ma John Pullicino Wied Incita u gibna l-bowser ghall-ilma wara hafna xita.

30 ta' Dicembru 2007 - Ghaddejna l-conduit ta' l-40 in-naha tal-bini fil-basement u tajna l-bricks biex insahhu l-filata tat-trinka.

29 ta' Dicembru 2007 - Saviour Deguara, Lino Borg u Raymond Debono morna bil-van ghar-ramel u zrar minn ghand Carmel Vella Ltd.

28 ta' Dicembru 2007 - Morna ghand Joe Grech (Carmel Vella Ltd.) bir-rigal tal-Milied.

22 ta' Dicembru 2007 - Ic-Caqnu gab il-planki u saqqaf parti mis-saqqaf tal-basement.

14 ta' Dicembru 2007 - Ta' l-konkos lis-suletta u kompla bejn l-bricks u l-hitan.

10 ta' Dicembru 2007 - John Pullicino gab il-giger u qatta trinka fil-konkos u wara ghaddejna d-drains bejn il-lift u s-samp u drain ghas-sink.

7 ta' Dicembru 2007 - Bdejna trinek ta' l-elektriku fil-Basement.

3 ta' Dicembru 2007 - Haffer il-Pedamenti tas-Sala fil-Bitha tal-Kazin.

26 ta' Novembru 2007 - Saru t-travi tal-hadid fil-bieb tal-kantina.

24 ta' Novembru 2007 - Ghaddejna l-conduit mis-suletta.

23 ta' Novembru 2007 - Il-Bini tal-lift u basement lesti.

22 ta' Novembru 2007 - Beda l-armar tas-suletta.

21 ta' Novembru 2007 - Telajna l-qatran u Alan Deguara wahhal l-membrane tal-lift.

20 ta' Novembru 2007 - Gie l-perit u l-bennej biex jgharaw fejn gejjien it-twieqi tal-basement u l-bieb tal-kantina.

17 ta' Novembru 2007 - Zarmajna l-kantina mill-bricks u travetti.

16 ta' Novembru 2007 - Lino Borg u Joseph Spiteri marru ghand ic-Caqnu ghas-saqqaf tal-planki tal-basement, fuq parir tal-Perit Charles Buhagiar.

13 ta' Novembru 2007 - Tlesta il-membrane kollu sa nofs il-lejl.
 

12 ta' Novembru 2007 - Pawlu u Guzepp, benneja godda, bnew 5 filati bricks in-naha tal-bitha mall-membraine (it-tieni hajt). Filghaxiaj tkompla l-membrane minn Alan Deguara, Simon Barbara, Lino Borg u Beli.

11 ta' Novembru 2007 - Alan Deguara u Simon Barbara komplem il-membrane.

10 ta' Novembru 2007 - Gew hafna membri tal-Kazin biex tajna il-qatran mall-hitan tal-basement. Il-hofra lesta. Alan Deguara u Simon Barbara bdew il-membrane.

8 ta' Novembru 2007 - Telajan l-ilma mill-hofra tal-lift u gie il-membrane.

7 ta' Novembru 2007 - Morna naraw l-prezzijiet tal-membrane ghand Carmel Vella Ltd. u l-wied ta' Hal Qormi.

5 ta' Novembru 2007 - Mela l-bricks bil-konkos.

31 ta' Ottubru 2007 - Kompla jibni l-bricks in-naha ta' triq.

30 ta' Ottubru 2007 - Kompla jibni l-bricks in-naha ta' triq.

25 ta' Ottubru 2007 - Kompla jqatta l-blat tal-lift u fejn gej it-tarag in-naha taz-zuntier.

24 ta' Ottubru 2007 - Beda jpoggi l-bricks tal-basement. Pogga hames filatti mad-dawra.

18 ta' Ottubru 2007 - Kompla l-konkos ta' l-art.

17 ta' Ottubru 2007 - Kompla jqatta l-hofra tal-lift.

16 ta' Ottubru 2007 - Gab tlett vjaggi bricks tad-disgha u saqqaf is-samp ta' l-ilma.

15 ta' Ottubru 2007 - Fis-6.00am bdejna ntellghu ilma mill-basement wara lejl xita. Il-Kuntrattur Raymond gab it-torba u ta' nofs l-art bil-konkos.

Jannar 2007 - Jitkompla l-Progett ta' Bini Gdid fil-Kazin wara l-Festi tal-Milied!

Progett ta' Bini Gdid fil-Kazin --- Ghafas hawn taht (MERHBA) biex tara Video Clip!!!

Il-Kaxxier qed jilqa` donazzjonijiet ta’ LM2 / €4.67 jew  LM5 / €11.67 jew LM10 / €23.33 fix-xahar ghal perjodu ta’ sena minn Jannar 2007 sa Dicembru 2007. Filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem ta’ l-ghotjiet li tistghu toffru, navzawkom li tinghata ricevuta ghal kull donazzjoni li toffru.

Ottubru 2006 - Pjanta tal-Bini ta' Sala Gdida fil-Kazin

Gunju 2004 - Bini ta' Sala Gdida fil-Kazin minn Joseph Spiteri

F'seduta generali straordinarja li nzammet nhar il-Gimgha 27 ta' Frar 2004, il-membri approvaw il-bini ta' sala gdida n-naha ta' wara tal-kazin. Il-kumitat ipprezenta l-pjanta li hejja l-Perit John Rizzo Naudi. Dawn jikkonsistu billi jitwaqqa' l-mahzen fejn illum jobormu l-kartun tan-nar, issir estensjoni mas-Sala Manduca li tibqa' sa barra ma Triq Annunzjata u tinbenna sala gdida fuq kollox. Il-kumitat qieghed jahseb sabiex iwettaq dan il-progett biex is-Socejta taghna jkollha sala taghha. Wiehed jifhem li sabiex tigi organizzata l-festa tal-kazin irrid spejjez kbar, bizzejjed nghid li lanqas ilahhaq ma' nofs l-ispiza li jkollna bzonn, ghalhekk il-parti sostanzjali tal-flus jigu mill-attivitajiet li jorganizzaw il-membri taghna. Tassew li l-kumitat jaf li diehel ghal bicca iebsa ghaliex biex dan isir jehtieg spejjez kbar, izda ahna certi li l'quddiem se jkun ta' gid kbir ghas-Socejta taghna. Il-kumitat fiducjuz li jwettaq dan il-progett ghaliex il-kazin taghna minn dejjem kellu nies li hadmu bil-ghaqal, il-kazin ghandu stima ta' serjeta kbira fir-rahal taghna u zgur li jekk nitolbu l-ghajnuna nsibu minn jaghtina. Ejjew flimkien nibdew u nkunu determinati li nlestu din il-holma mill-aktar fis possibbli biex verament il-kazin taghna jigi palazz maestuz li ma jkun jonqsu xejn.

Gunju 2003 - Informazzjoni dwar progett ta' bini gdid fil-Kazin minn Joseph Spiteri

Ghalkemm is-Socjeta taghna ghanda bini kbir, xorta qed jinhas in-nuqqas ta' spazju. Dan l-ahhar zmien, il-kazin taghna ghamel zviluppi b'ritmu mghaggel. Ma nkunx qed nesagera jekk nghid li dan l-izvilupp sar f'kull qasam tas-Socjeta. Per ezempju, twaqqfu diversi sotto-kumitati li dawn, bl-organizzazjoni taghhom jirrikjedu hafna spazju. Kienu dawn id-diversi ragunijiet li wasslu lill-kumitat ezekuttiv jibda hidma fuq progett fuq in-naha ta' wara tal-kazin. L-idea tal-kumitat hija li jinbena basement kbir taht il-mahzen tan-nar u jibqa diehel sa taht is-sala Manduca, sabiex wara fuq tinbena sala addattata ghaz-zminijiet tal-lum, u bil-bzonnijiet kollha li tiirikjedi s-Socjeta. Pero wiehed irrid jiftakar li l-bini tal-kazin taghna huwa bini antik tassew sabih. Allura l-process ghal dan l-ghan bilfors jiehu aktar fit-tul. Il-kumitat inkariga l-Perit Rizzo Naudi sabiex dan hejja pjanti mehtiega u tfajna l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita ta' l-Ippjanar. Il-Kumitat haseb li jkun xieraq li fl-istess permess naplikaw sabiex naghmlu frontispizju fil-faccata maestuza li ghandu l-kazin. Id-disinn ta' dan ix-xoghol sar mis-Sur Albert Borda. Jien inhossni ferm fiducjuz li ftit gimghat wara l-festa l-kumitat ikun f'sitwazzjoni li jressaq din il-proposta quddiem seduta generali ghall-approvazzjoni tal-membri. Bhal kull proposta ohra ta' dan it-tip, din tirrikjedi ammonti kbar ta' flus, izda b'determinazzjoni u b'hidma sinciera lejn is-Socjeta taghna, bla dubju ghandna naslu bhalma fil-fatt dejjem wasalna li nwettqu din il-holma.

© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.