|
Nazju Magro twieled il-Qrendi nhar id-29 ta’ Jannar 1926, bin Joseph u Rosanna nee Mallia. Huwa gie mghammed gewwa il knisja ta’ Santa Marija, Parrocca tal-Qrendi fil-31 ta’ Jannar 1926 imma ta’ eta zghira l-familja tieghu garrew lejn Hal Balzan. Bhal kul tifel tista’ tghid li kien nhawn go hal Balzan, Nazju maghruf bhala tal Qrendija mill ewwel beda jiehu interess fil-festa ta Marija Annunzjata. Fil fatt Nazju minn eta zghira beda jattendi l-kazin tal-Banda San Gabriel, sabiex minnu din l-Ghaqda jkun jista jaghti s-sehem ahjar. Hekk jinsab miktub f'dokument fil-ktieb tal-kazin ta’ l-abbonament tal kazin li Nazju gie msieheb membru f’ din is-socjeta fil-15 ta’ Frar 1948. Meta wiehed jaqra l-istorja tal-kazin tal-Banda San Gabriel isib li dan iz-zmien ma kienx xi zmien facli ghas-Socjeta taghna, kien zmien ta’ wara it-tieni Gwerra Dinija u kien zmien li l-kazin tilef wiehed mil pilastri tieghu habta u sabta, lill-imghallem Wigi Ebejer fl-eta’ ta’ 41 sena u dak iz-zmien kien jokkupa l-karriga ta’ segretarju. Kien propju nhar il-Hadd filghodu, 7 ta’Jannar 1951 li s’seduta generali Nazju sahhah il-pozzizjoni tieghu fil-kazin , meta gie elett ghal-ewwel darba membru fil-Kumitat ezekuttiv. Nazju flimkien ma’ membri ohra zghazagh ohra bdew jaghtu nifs gdid lil kazin. Hekk insibu lil Nazju jaghti sehem tieghu f’kollox li l-kazin kien qieghed jorgannizza dak iz-zmien, fosthom karrijiet tal-karnival, it-twaqqif tal-Banda San Gabriel u fuq kollox, tant ghal-qalbu, l-armar u l-gbir ghall-festa Marija Annunzjata. Izda zgur li Nazju jibqa’ msemmi ghall-volum ta’xoghol manwali li ghamel fil-kazin. Ta’ minn jghid li meta inxtara l-bini li ghandna illum fl-1957, dan ghamel xi zmien maghluq, ma jintuzax, ghalhekk wiehed jista’ jimmagina li dan il-lokal kellu bzonn manutenzjoni kbira u Nazju flimkien ma membri ohra ta’ il-kontribut tieghu kemm felah. Huwa kien ukoll habrieki fejn jidhol l-armar tal-festa, armar li dak iz-zmien kien jirrikjedi hafna tbatija peress li ma kienx hawn il-makkinarju li hawn illum. Mhux l-ewwel darba wkoll li Nazju ta’ is-sehem tieghu fix-xoghol tan-nar, specjalment fl-1969 meta kienet sena tat-tielet centinarju mill bini tal-knisja parrokjali. U ghalkemm Nazju kien ta’natural kwiet u ta’ ftit kliem u bil-kemm ma nazzardax nghid li kien ftit misthi, xorta kien issib il-mument jesprimi il-ferh ta’ wara sena hidma ghall-festa u l-kazin. Dan kont tarah specjalment waqt il-marci brijuzi, b’kappell kbir bhal tal-messikani biex jevita r-raxx tan-nar u kient l-hena tieghu jahraq il-gesturi li illum ma ghadniex narawhom mal-marci (dawn kienu speci ta’ rdieden zghar) hu, u Gianni l-Pizzirel, ghax ma kienux jieqfu jaharqu tista tghid matul il-marc kollu, u Guzeppi Calleja erhilu jqassam is-sfafar li illum spiccaw ukoll. Nazju mhux biss hadem ghal Kazin izda hadem biex rabba’ familja kif suppost. Huwa kien mizzewweg lil Lorenza, u minn dan iz-zwieg kellhom erbat itfal. Illum fil fatt ghadna ngawdu l-hidma ta’ wiehed minn uliedu, Bertu Magro, li jifforma wiehed mill-membri tal-kumitat Ezekuttiv. Kien il-gimgha 4 ta’ Ottubru 1985, li filghaxija kellha issir seduta generali sabiex jigi elett kumitat gdid, izda malajr thassret hessrem. Nazju miet il-kazin, il-kazin li tant hadem ghalih, il-kazin li iddedika hinu u hajtu ghalih. Miet f’atmosferu kwieta minghajr ma bata, kif wara kollox kien jisthoqqlu mdawwar mil aqwa hbieb li kellu fosthom Geradu Ebejer, Benny Pace, Alfred Caruana, u Guzeppi Calleja. Il-Bambin ried ukoll li f’dak il-mument ikun hemm il-kappilan, Dun Tarcisio Delicata. |
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |