Twieled fl-1907 u beda l-istudji ghand Mro. V. Sammut. Aktar tard beda jdoqq mal Banda Duke of Connaught ta’ Birkirkara u l-King’s Own tal-Belt Valletta that id-direzzjoni ta’ Mro Doncich. Mro. Briffa kien idoqq ukoll mal-Banda La Valletta li dak iz-zmien kient that id-direzzjoni ta’ Mro. Botti meta f’dak iz-zmien il-Banda La Valletta hadet sehem f’ festival gewwa Como fl-Italja. Fl-1927 kellu opportunita li jinghaqad ma’ l-orkestra ta’ l-Opera House. Fl-1931 kompla l-istudji tieghu ghand Mro. G. Abdilla. Minbarra li gie appuntat l-ewwel Surmast tal-Banda taghna fl-1951, sentejn wara lahaq Surmast mal-Banda San Guzepp ta’ Hal-Kirkop. L-ahhar impenn tieghu mal-Banda San Gabriel kien programm muzikali fil-gonna ta’ San Anton. Briffa miet fit-12 ta’ April 1972.



© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.