Isqof ta' Melbourne li miet nhar it-Tlieta 28 ta' Dicembru 2010 fil-5am, fl-eta ta' 62 sena.

Apprezament - Mons. Isqof J.A. Grech DD 1948 - 2010

Mons. Joe Grech twieled Hal Balzan Nhar l-10 ta’ Dicembru 1948, f’Numru 55 fi Triq il-Kbira . Missieru Lawrence miet f’eta zghira u hallieh ta’ Sitt snin. Ommu Yyonne mietet fl-1986. Ta’ eta ‘ckejkna beda jattendi l-iskola Stella Maris ftit l-isfel minn fejn kien joqghod. Wara dahal il-Liceo fejn aktar tard mar is-seminarju fiz-zmien li l-Mons Victor Grech kien Rettur.


Mons Grech kien wkoll student ta’ l-Universita ta’ Malta minn fej iggradwa u ha l-Baccelerat fil-Filosofija u fil-Latin. Kien f’din l-epoka li Dun Joe beda jhares lejn il-knisja mhux bhala komunita parrokkjali izda b’mod aktar mifrux ghax, kif kien jghid, Il-Knisja hija istituzzjoni Universali.

F’Jannar 1971 kompla bl-istudji tieghu ghas-Sacerdozju f’Melborne l-Awstralja . Hawn kellu jhalli lil Ommu u lil ohtu kif wkoll divesri hbieb mir-rahal twelidu Hal Balzan.

Wara l-kors ta’ Erba snin fit-Teologija , id-Djaknu Joe Grech ircieva l-Ordinazzjoni Sacerdotali f’rahal twelidu Nhar it-30 ta’ Novembru 1974. Kien Sibt li fih inkitbet pagna storika ohra ghax kemm ilu Hal Balzan Parrocca qatt ma jidher li kienet saret Ordinazzjoni Sacerdotali fil-knisja ddeikata lil Marija Annunzjata. Barra minnhekk din kienet l-ewwel Ordinazzjoni li ghamel l-Isqof Guzeppi Mercieca. Is-Sacerdot Novell Dun Joe Grech iccelebra l-ewwel Quddiesa Solenni fil-knisja ta’ Hal Balzan Nhar il-Hadd l-1 ta’ Dicembru 1974.

Wara li rritorna l-Awstralja u sserva f’hafna parrocci u fl-1989 inhatar Kappillan f’East Brunswick. Ftit wara l-Isqof tal-post talab lil Dun Joe biex immur Ruma. Fil-fatt insibu li Dun Joe mar Ruma fejn ghadda Sentejn u nofs sakemm ha l-licenzjat fl-Ispiritwalita’.

Meta Dun Joe rritorna l-Awstralja mill-gdid beda jservi f’diversi Sabborgi u parrocci. Huwa ntaghzel Dirrettur Spiritwali tal-Gruppi Karizmatici. Fl-1998 Dun Joe rcieva ittra ufficjali li taghtu l-ahbar li kien intaghzel Isqof Awziljarju ta’ Melborne. L-Isqof Grech huwa l-ewwel Sacerdot Malti li nhatar Isqof fl-Awstralja. Aktar tard saret ic-cerimonja tal-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Mons Joe Grech.

Fit – 18 ta’ Jannar 1999 l-Isqof Grech ghamel zjara f’Malta u ccelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ rahal twelidu Hal Balzan ddedikta lil Marija Annunzjata. Ghal din l-okkazjoni inghata merhba kbira minn dawk prezenti.

Wara z-zjara li ghamel f’Hal Balzan l-Isqof Grech rega lura fid-Djocesi ta’ Melborne biex ikompli jaqdi l-hidma Pastorali tieghu. Fl-2001 huwa gie mahtur Isqof ta Sandhurst fl-Awstralja. Huwa kien responasbli ghall Emigranti, r-Refugjati u ghaz-Zghazagh f’isem il-Konferenza Episkopali Awstraljana.

Nhar l-20 ta’ Frar 2010 Mons Grech kixef u bierek bust tal-Qaddis Malti San Gorg Preca fic-centru tal-Komunita tal-Maltin f’Parkville Melborne fl-Awstralja, f’kappella ddeikata li San Pawl.

Huma diversi l-memorji sbieh li halla f’mohhna u f’qalbna l-Isqof Grech kull meta gie fostna Hal Balzan, fosthom iz-zjara li ghamel fil-kazin tal-Banda San Gabriel f’Jannar 1999 kif wkoll il-kitbiet tieghu fil-kotba tal-festa tal-Lunzjata li jigu ppublikati mill-istess Socjeta tas-snin 2000 u 2005. Matul is-snin gie jqaddes kemm il-darba fil-knisja Parrokkjali .L-ahhar li Onorana bil-presenza tieghu kien fis-7 ta’ Novembru li ghadda meta amministra s-Sagrament tal-Grizma ta’l-Isqof fil-knisja ddedikata li Marija Annunzjata ta’ Hal Balzan.

O Mulej aghtih il-mistrieh ta’ Dejjem….

Kitba ta'
John Pullicino



© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.