1898
knisja 1898.jpg (220592 bytes)

Dehra tal-Knisja Parrokjali ta' Hal Balzan minn gewwa armata ghall-okkazjoni tal-festa titulari ta' Marija Annunzjata fl-1898.

1922
Ritratt mill-imghoddi NO 2.jpg (338323 bytes)

1922 - Membri ta' Circolo San Gabriel.

1924
antik.JPG (735905 bytes)

Ritratt imprezzabli tal-faccata tal-knisja parrokjali ta' Hal Balzan armata bil-lampi taz-zejt fl-okkazjoni tal-festa titulari tal-Lunzjata. Il-balavostrar kienu ghadhom ma gewx mibdula waqt li jidher is-sellun tal-habel mal-genb. Fuq il-lemin jidher il-fanal bil-lampa fih. Fuq il-pedestall tal-Madonna ghada tidher l-iskrizzjoni, li aktar tard inkitbet preciz kif kienet, taht l-istess statwa. Ritratt mill-arkivju tal-Kazin aktarx mehud fl-1924.

1925

Kumitat tal-Qniepen

1925

Fir-ritratt tider ic-cerimonja tat-tberik tal-qniepen minn Mons. Mawru Caruana, Isqof ta' Malta, nhar 19 ta' Marzu 1925.

  1925

Il-qanpiena (x'aktarx ir-raba) tasal fil-kampnar, fid-19 ta' Marzu, 1925. Jidhru n-nies fuq il-bejt tac-Circolo San Gabriele. Ghal din l-okkazjoni fil-minuti tal-laqgha tal-Kumitat li saret il-Hadd, 1 ta' Marzu, 1925, is-Segretarju G. Muscat kiteb, "Gie diskuss it-tlugh fuq il-bejt tac-Circolo ghall-okkazjoni tat-tlugh tal-qniepen godda fejn gie deciz unanimament li iva, pero is-soci biss."

 1925

Ritratt imprezzabbli mehud 75 sena ilu ta' Strada Rjali illum Triq il-Kbira armata u mzejna ghall-okkazjoni tal-festa titulari tal-Lunzjata li dak in-nhar saret fid-9 ta' April 1925. Fir-ritratt jidhru t-trofej, il-kolonni u l-istatwi li ghadhom jezistu u jintramaw sal-lum b'ghozza kbira mill-membri u l-partitarji tal-Kazin tal-Banda San Gabriel. Dak iz-zmien ma kienx jezisti traffiku! Ghalhekk kulhadd jista jimxi bil-liberta kollha. X'differenza llum!   

1930
1930.JPG (729112 bytes)

Ritratt imprezzabbli li jehodna lura fl-1930 b'zewg okkazzjonijiet memorabli, tal-wasla tal-vara ta' Marija Annunzjata wara li giet indurata u sgraffita mill-gdid u li ghal din l-okkazjoni zzanznet il-bandalora tal-Kazin San Gabriel. Dan ikkonfermat mill-minuti li ghadhom fl-arkivju tal-Kazin sal-lum. Il-Bandalora kienet inhadmet mis-Sorijiet tal-Bon Pastur u kienet swiet £32-14s-1d. Dan ir-ritratt ittiehed f'tarf Hal Balzan fi Triq il-Kbira 'isfel'.

1948
qanpiena il-kbira1948.jpg (45819 bytes)

 Il-wasla tal-qanpiena l-kbiera 1948.

1948

Ritratt, misluf lilna minn Piju Ebejer, tal-qanpiena l-kbira meta tellghuha mix-xatt akkumpanjata minn diversi Balzanin fit-28 ta' Novembru, 1948. Din il-qanpiena saret biex gie maghqud is-sett tal-qniepen Francizi li mhadmu kollha mid-Ditta Packard. Il-qanpiena l-kbira 57 qantar u nofs bl-ilsien b'kollox. Inghatat l-isem ta' Marija Anna u hija t-tielet l-ikbar f'Malta. Swiet Lm1900, li ngabru b'hegga kbira minn fost il-Balzanin. Il-qanpiena l-kbira ttellghet fil-kampnar tal-Knisja Parrokjali ta' Hal Balzan fit-2 ta' Jannar 1949. 

1949

Festa ckejna li kienet giet organnizzata mit tfal fi Sqaq nru 2 ta Triq il-Kbira fl-1949 dak iz-zmien u anke 
illum insibuh l-isqaq tal-Fuli. Ghall-okkazjoni s-sqaq kien intrama bil-bambin u faccata, 
'l gewwa nett kienet tqieghdet l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja.

1952

Fish & Ties - Catching fish with ties instead of rods & lines.
Kumpanija tal-Karnival 1952 organizzata mill-Artist Malti Gabriel Caruana.

1952

L-ewwel servizz tal-Banda San Gabriel barra mir-rahal waqt il-Festa tal-Madonna ta' l-Abbandunati fil-Wardija fl-ahhar ta' Awissu 1952.

1952
nar 1952.JPG (64709 bytes)
Ghaqda ta' Nar:
 Bil-wiefqa mix-xellug: Carmelo Schembri, Carmelo Muscat, Peter Borg, Michael Calleja, il-Kappillan Dun Guzepp Minuti, Joseph Debono, Gabriel Muscat, Joseph Azzopardi.
Kokka mix-xellug: Willie Sciclun Woodhouse, Joseph Calleja, Nazzareno Azzopardi, Johnie Sammut, Valentino Azzopardi

1953

9 ta' Awissu 1953: Il-Banda San Gabriel twassal b'marci brijuzi lin-Novell Sacerdot Dun Gwann Zammit Hammet ghall-ewwel quddiesa solenni tieghu fil-Parocca ta' Hal Balzan.

1954
banda 1954.jpg (164984 bytes)

Il-Banda San Gabriel, taht id-direzzjoni ta' Mro. Carmelo Briffa, l-ewwel Surmast Direttur, tipprepara ghall-wasla tar-Regina Elisabetta II fit-triq lejn San Anton fit-3 ta' Mejju 1954. Fir-ritatt jidher ukoll parti mill-bini ta' Triq id-Dejqa, li kien beda jitwaqqa f'dik l-epoka, biex aktar tard il-pjazza nfethet kief nafuha llum.

1969
nar 1969.JPG (65556 bytes)
Ghaqda tan-Nar:
Mix-xellug: Ignazio Magro, Gerald Ebejer, Valentino Azzopardi, Charlie Gatt, Joseph Scicluna, Joseph Calleja, Peter Borg, Nazzareno Azzopardi, Michael Micallef. 

1969

Guzeppi Scicluna 'Is-Seqri' twieled Hal Balzan fl-1904. Huwa bena l-Kamra tan-Nar San Gabriel bejn is-snin 1962 u 1963. Huwa kien benefattur kif ukoll jahdem in-nar ghall-festa ta' Marija Annunzjata. Fir-ritratt, Guzeppi jidher jesebixxi l-loghob tan-nar fl-okkazjoni ta' Gheluq it-Tielet Centinarju tal-Knisja fl-1969. Guzeppi miet fl-1998.

1972
   karnival.JPG (55942 bytes)
Il-karu "Los Sombreros Dancers" li sar mil Kazin tal-Banda San Gabriel



© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.