|
Hekk kif jibda joqrob it-tieni Hadd ta’ Lulju ahna l-Balzanin inkunu qed nistennew bil-herqa l-festa ghaziza taghna l-Lunzjata. Festa lir-rahal taghna ilu jiccelebra ghal ghexieren ta’ snin bil-ghan li biha nqimu lil Ommna Marija – dik li weldet lil min salvana – u lil min ta’ l-ahbar li ser tkun Omm Alla l-Arkanglu Gabriel. Hija festa li tibqa tferrah u filwaqt li tkabbar il-paci u l-ghaqda fostna, taghtina identita specjali ghax marbuta ma’ Hal Balzan u minquxa fil-qlub ta’ wliedu. Din l-imhabba ghal rahal twelidkom u l-Lunzjata il-Balzanin wirtuha tul is-snin u ghalhekk minn dejjem habrieka sabiex lil Marija mhabbra minn Gabriel jaghmlulha festa li tixirqilha bhala l-patruna taghhom. Hawn insibu s-sinifikat taghhom l-armar u t-tizjin tal-knisja – t-triqat u d-djar taghna id-daqq tal-qniepen il-bnadar u l-mixghela il-marci brijuzi tal-baned il-loghob tan-nar u l-attivitajiet varji li jsiru tul il-Gimgha tal-festa. Dan ghandu jkun il-bidu tal-ferh li nhossu gewwa fina li jidher fl-imgiba taghna li jghinek tghix fis-sliem ma’ kulhadd. Meta twaqqfet is-Socjeta fid-19 t’April 1920 bl-isem Circolo San Gabriele biex ikun hemm gemgha li tiehu hsieb l-armar u t-tizjin tal-festa ta’ barra li jigu organizzati ad unur Marija Annunzjata. Is-Soci dejjem stinkaw u habierku biex dejjem jizdied l-armar fit-toroq bit-trofej l-pedstalli bl-istatwi tal-profeti – kolonni liedna pavaljuni u bandalori u miexghela ma’ kullimkien. Il-kazin kien imzejjen b’ bandalora artistika tar-rakmu indurata bid-deheb li fiha tidher l-arma tat-torri fis-shab u bil-kliem Fortitudo Dei li tfisser Il-Qawwa t’ Alla. Tul iz-zmien il-Balzanin idecidu li jkollom il-banda taghhom. Nafu li fl-1936 kien hawn banda zghira li laqghat lil Gvernatur Carter waqt zjara li kien ghamel f’ Hal Balzan. Izda fl-1952 Gabriel Caruana kien determinat li jimla dan il-vojt. Huwa wettaq il-holma tieghu flimkien ma’ l-ewwel surmast Carmelo Briffa. Erbghin alliev kienu gew minn kull Triq mir-rahal biex jitghallmu u flimkien ma’ bandisti mir-rahal li kienu jdoqqu diga ma’ baned ohra ffurmaw l-ewwel banda Balzanija li llum tinsab fi qlub il-Balzanin. Grajja li turi kif il-kazin taghna sar beniena ta’ allievi li hafna minnhom illum idoqqu f’kull rokna tal-gzira taghna. Il-banda segwiet hafna programmi ta’ l-anniversarju tal-kazin u tal-banda waqt li l-arkivju tal-kazin beda jizzejjen b’diversi marci ta’ diversi surmastirijiet maghrufa kif ukoll diveri bcejjec tal-muzika minn ghadd ta’ kompozituri. Kemm ilha mwaqqfa l-banda dejjem hadet sehem fil-festa tal-Lunzjata l-aktar marc mistenni huwa l-marc ta’ l-anglu. Din l-istatwa kienet ingabret b’inizjattiva ta’ Gabriel Pullicino fl-1993. Bit-thabbrik ta’ Gabriel Ebejer ingabru it-Tube Bells u Timpani li zzanznu fil-25 ta’ Marzu 2000 waqt id-dhul tal-vara tal-Lunzjata fil-knisja waqt pellegrinagg li sar fl-okkazjoni tas-sena tal-Gublew il-kbir. Wara li twaqqif tal-banda fl-1952 beda jinhass il-htiega ta’ post akbar ghax il-banda gabet aktar attivitajiet u s-Socjeta hija wahda li trid tiehu hsieb l-armar kollu tan-naha ta’ fuq ta’ Hal Balzan. Fl-1957 inxtara l-post prezenti li huwa l-Hames sede tas-Socjeta. Illum ghalkemm is-Socjeta ghanda bini kbir xorta qed jinhass in-nuqqas ta’ spazju. It-twaqqif tal-kumitati taz-Zghazagh u tan Nisa jirrekjedu aktar spazju. Dawn iz-zewg kumitati fi ftit snin ghamlu diversi successi fosthom attivitajiet socjali u kulturali. L-idea tal-kumitat centrali hija li jinbena basement kbir taht nofs l-ispazju tal-bitha tal-mahzen kif ukoll tas-sala Manduca u wara tinbena fuq kollox sala attrajenti ghaz zminijiet tal-lum. Affarijiet progettati ghal futur huma li jinbena fontuspezium u jsir arblu ikbar. Nixtieq naghlaq billi nsellem lil dawk kollha li jzuru din l-website informattiva tal-kazin tal-banda San Gabriel ta’ rahal twelidna Hal Balzan u nixtieq inrodd hajr lil dawk kollha li hadmu u li ser jibqghu jaggornaw din il-website li ser tkun utli ghal dawk kollha dilettanti tal-festi u tal-kazini tal-baned kif ukoll ghal emigranti Balzanin. |
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |