Minn Anton Camilleri

Meta wiehed ihares lejn il-faccata tal Kazin San Gabriel ma jistax ma jintebahx bl-arma li nholqot bla hsieb fl-1928. Hadd mill-imsiehba ma haseb jew has il-htiega li jkollom arma bhall-kazini ohra, meta l-kazin gie imwaqqaf fl-1920. Kellu jkun il-progett ta’ bandalora gdida li geghelhom jahsbau fuq hekk.

Meta fl-1928 il-kazin kellu xi flus imgemmgha s-soci hasbu biex jonfqu ftit minnnhom biex jkomplu jsebhu ftit mil-lokal li dak  iz-zmien kien ma’ genb il-kampnar tal-knisja, post li illum ma ghadux jezisti ghax twaqqa ‘ biex issir il-pjazza prezenti.

Fis 7 ta’Ottubru, 1928 il-kumitat iddecieda li ssir bandalora rrakmatqa. F’ laqgha ohra dik tal 21 ta’ l-istess xahar, il-kumitat approva s-somma ta £30  ghal dan il-progett. Id-disinn taghha sar bla hlas mis Sur Luqa Aguis li bejn l-1926/27 kien President ta’ l-istess kazin. Wara tqabbad is-Sur Benjamin Sultana biex jimla b’disinn xieraq il-parti ta’gewwa. Ta’ dan Sultana thallas £3.

Meta d-disinjatur gie biex jaghmel id-disinn inqalet problema . Hu xtaq ipoggi l-arma tal-kazin f’nofs il-bandalora izda sa dak iz-zmien hadd ma kien ghadu haseb biex il-kazin ikollu wahda. Malajr gew avvicinati diversi persuni u sar hafna tfittix biex ikollhom xi hjiel ta’ l-arma ta’ San Gabriel, izda kien kollu ghal xejn.

Wara li kull tentattiv spicca fix-xejn xi hadd avvicina lil Mons. Carlo Cortis l-Arcipriet tal- Katidral li dan issuggerixxa arma li tkun tikkonssisti f’torri bil-kliem fuqu Fortitudo Dei  li tfisser il-Qawwa ta’ Alla. L-idea ntghogbot u b’hekk twieldet dik li llum hi l-arma tal-kazin.

Mons. Carlo Cortis, li twieled fl-1878, kien iqatta’  l-vaganzi tas-sajf f’Hal Balzan f’post nru.6 Triq il-Kbira.  Kien  studjuz tant li fl-Universita gie l-ewwel fil-kors tat-teologija. Wara li gie ordnat sacerdot fl-1903, beda jattendi fl-Universita Gregorjana u l-kullegg Ingliz Venerabbli Beda t-tnejn f’Ruma.

Bandalora.JPG (24467 bytes)Lura f’Malta kellu diversi karigi fosthom ezaminatur fl-Universita, ghalliem fis-Seminarju, ezaminatur tal-kleru, konsultur tal-kappillani, rettur tas St Paul’s School fil-Belt Valletta u rettur ta’ l-iskola tal-katidral. Fil-1908 gie mahtur kappillan tal-parrocca tal-Mellieha. Fl-1925 sar kanonku kapitulari fil-katidral ta’ Malta u fil-1927 Arcipriet ta’ l-istess katidral. Hu miet f’Ottubru 1962.

Wara li ntghelbet id-difficulta ta’ l-arma, il-bandalora setghet issir. Ix-xoghol tar-rakkmu sar ghand is-sorijiet tal-Bon Pastur,  li ghandhom  il-kunvent fl-istess rahal ghall-prezz ta’ £32.14s.1d, (Lm32.07c,1m). Tbierket nhar l-Ghid il-Kbir , 20 ta’ April 1930 fost il-ferh tas-soci. Il-Hadd ta’ wara, jigifieri il-jum tal-festa, il-bandalora kienet ghal-wiri. B’hekk il-pubbliku seta’ jammira l-gmiel u x-xoghol ta’ reqqa li fiha, u jara ukoll l-arma li minn dak il-jum ‘il quddiem kienet sa tirraprezenta lill-Kazin San Gabriel.

Referenzi:

Hal-Balzan, Jan/Frar, 1976

Robert Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali, Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, 1960.

Micheal Schiavone, L-Istorja tal-Kazini tal-Baned f’malta u Ghawdex, Vol.1, Pin, 1997.  



© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.