Wiehed  mill-iktar membri anzjani li kien ihaddan dan il-kazin huwa s-Sur Joseph Calleja. Dan ghandu karriera twila ta’ xoghol u hidma mhux biss b’risq din is-socjeta, izda wkoll b’ risq  il-festa li hija tant ghal qalbu.

Is-Sur Calleja twieled fis-17 ta’ Frar, 1928, il-Belt Valletta. Ta’ erba snin il-familja tieghu garret ghal Hal Balzan biex b’hekk ic-ckejken Guzeppi inghaqad mal-komunita Balzanija. Ta’ tnejn u ghoxrin sena inghaqad mal-kazin Marija Annunzjata fejn beda jjigbor ghall-festa u wkoll kien wiehed li flimkien ma Valent Chetcuti bdew jorganizzaw il-marc ta’ l-ahhar Tridu li ngabar sold sold (4m) mir-rahal kollu, u li sar  ghall-ewwel darba fl-1946. Fl-1947, Calleja inghaqad mal-Kazin San Gabriel ,wara li l-Imghallem Wigi Ebejer baght  ghalih sabiex jigbor ghan-nar ta l-art flimkien ma’ Guzeppi Chetcuti.

Min dak iz-zmien , l-hawn , Guzeppi Callejja ma waqafx. Baqa jigbor ghall-festa ma diversi nies.

Izda dan ma kienx bizzejjed . Calleja intefa wkoll ghax-xoghol ta’ manutenzjoni fuq l-armar tal-festa : kif ukoll hadem opri godda. Fost dawn insibu sett ta’ erbatax il-braz mahdum tal-hadid. Flimkien ma ohrajn hadem ukoll il-hadid ghat-trofej, il-karru tal-katuba u diversi opri ohra. Ghal dan ix-xoghol huwa dejjem sab ghajnuna minn shabu li tant hadem maghhom fil-qrib fosthom il-mibki Benny Pace u s-Sur Kalc Micallef.

Calleja ta’ sehmu wkoll bhala membru tal-kumitat li tieghu huwa membru attiv. Guzeppi hadem ukoll xoghol ta’ brazzi ohra fi rhula ohra fosthom il-Birgu.



© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Chantal Farrugia & John Pullicino.