Lilek, ja Xbejba, li fis-skiet u l-hemda
Kont titlob 'l Alla jibghat il-Messija
Issa mis-sema fejn hdejn Ibnek qieghda
O Warda mistika, itlob ghalija.

Lilek, ja Xbejba, li gie l-Anglu fejnek
Bi kliemu jghidlek Sliem ghalik, Marija,
U jhabbar wara li se ssir Omm Alla,
O Warda mistika, itlob ghalija.

Lilek, ja Xbejba, l' accettajt u ghidt iva
Bi grazzji kotrana mill-Mulej mimlija;
Int li kont qieghda fi hsieb Alla dejjem,
O Warda mistika, itlob ghalija. 

Kliem: Il-Poeta Balzani Gorg Borg
Muzika: Patri Albert Borg OSA


Dan l-innu gie mzanzan ghall-festa tal-Lunzjata 1976.

Waqt li kont kollok migbur
Fit-talb t'Alla O Marija
Gabrieli l-Anglu habbrek
Biex tkun l-omm minn tal-Messija

Ghal dil bxara hekda sabiha
Ghal dak gid u kbir favur
Bil-prudenza mqaddsa tieghek
Xejn ma xghebt ghal dan l-unur

F'dak il-hin l-anglu fissirlek
Il-misterju l-izjed kbir
Li bl-istess nar ta' mhabbtek
Alla bniedem fik isir.

Gabrieli, il-qawwa t'Alla
Min gio semma bhal ambaxxatur
Min gio Nazzaret fis jittajar
Ghal quddiem l-omm tas-Salvatur

© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.