|
Lilek,
ja Xbejba, li fis-skiet u l-hemda
Kont titlob 'l Alla jibghat il-Messija
Issa mis-sema fejn hdejn Ibnek qieghda
O Warda mistika, itlob ghalija.
Lilek, ja Xbejba, li gie l-Anglu fejnek
Bi kliemu jghidlek Sliem ghalik, Marija,
U jhabbar wara li se ssir Omm Alla,
O Warda mistika, itlob ghalija.
Lilek, ja Xbejba, l' accettajt u ghidt iva
Bi grazzji kotrana mill-Mulej mimlija;
Int li kont qieghda fi hsieb Alla dejjem,
O Warda mistika, itlob ghalija.
Words:
Balzan Poet Gorg Borg
Music: Father Albert Borg OSA
This hymn was played for the first time in the
feast of the Annunciation 1976.
|

Waqt li
kont kollok migbur
Fit-talb t'Alla O Marija
Gabrieli l-Anglu habbrek
Biex tkun l-omm minn tal-Messija
Ghal dil bxara hekda sabiha
Ghal dak gid u kbir favur
Bil-prudenza mqaddsa tieghek
Xejn ma xghebt ghal dan l-unur
F'dak il-hin l-anglu fissirlek
Il-misterju l-izjed kbir
Li bl-istess nar ta' mhabbtek
Alla bniedem fik isir.
Gabrieli, il-qawwa t'Alla
Min gio semma bhal ambaxxatur
Min gio Nazzaret fis jittajar
Ghal quddiem l-omm tas-Salvatur
|