|
2009
13 ta' April -
Gimgha Mqaddsa 2009...
12 ta' April -
Rebbieha Lotterija tal-Ghid
2009.
1 - 10 ta' April -
Gimgha Mqaddsa 2009... Wirja 2009 Minkejja li fil-Kazin ghaddej ix-xoghol ta’ bini, is-Sotto Kumitat Zghazagh San Gabriel xorta wahda haseb sabiex johloq wirja lit kun mistennija mill-hafna dwar l-Ahhar Cena u l-Passjoni ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Il-Wirja tibda barra l-Kazin fejn naraw 2 bandalori b’sapraporti mill-isbah. Imbaghad, proprju l-intrata tal-Kazin tinbidel fi stil ta' kappella zghira, fejn naraw salib kbir mahdum minn injam mastizz ta' l-iroko u l-kewkba fuq xoghol ta’ Jesmond Agius. Ser ikun hemm ukoll esebit statwi u affarijiet antiki ohra, dejjem relatati mal-mewt u l-passjoni ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Il-wirja tkompli f’kamra ohra fejn ikun hemm ic-Cena ta' l-Appostli fuq rit Lhudi b’figura statika ta' Gesu Kristu akkumpanjata minn zewg appostli ohra life size li jirraprezentaw lil Gwanni u lil Pietru. Novita’ ghal din is-sena hi li fic-Cena ser jizdiedu 2 personaggi ohra, xoghol l-istatwarju Balzani Ramon Camilleri McKay. Fl-stess kamra din sena wiehed jista’ jara wkoll il-Golgota (minjatura ta' triq tas-salib) bi stil differenti fuq xoghol ta’ Franklin Leeks.
Id-Direttur Spiritwali l-gdid tas-Socjeta’ l-Kappillan Kalcidon Vassallo Il-Purcissjoni ta’ Hadd il-Palm Wara nuqqas ta’ sena, il-Purcissjoni ta’ Hadd il-Palm tirritorna. U ser tirritorna bil-kbir! Nistednukom tinghaqdu maghna nhar il-Hadd 5 t’April 2009 fl-10.20am. Personaggi b’vestwarju mill-aqwa hu l-ingredjent ewlieni f’din il-Purcissjoni ta’ Hadd il-Palm f’Hal Balzan. Ghalhekk ghamlu appuntament f’Hal Balzan f’Hadd il-Palm filoghodu sabiex tkunu tistghu ssegwi purcissjoni mimlija xoghol artigjanat mill-id Maltija. Is-snajja’ Maltija tkun fl-aqwa taghha! Narawkom. Is-sehem taghna fil-Purcisjoni ta’ Kristu Rxoxt f’Birkirkara Ghal darb’ohra sejrin inkunu mistednin gewwa B’Kara ghall-purcissjoni tal-Irxoxt. Dan sar appuntament annwali ghalina u naqdu dmirna sew f’dan l-avveniment importanti ghalina. Inheggu lid-dilletanti kollha biex jattendu l-wirja ‘GHAL IMHABBITNA MIET FUQ IS-SALIB’. Dhul b’xejn u nistiednu lil kulhadd jattendi jara l-wirja ta’ din is-sena ghax b’hekk biss dawn it-tradizzjonijiet hekk sbieh ikomplu jsehhu. U ma ninsewx il-Purcissjoni ta’ Hadd il-Palm. F'isem is-Sotto Kumitat Zghazagh San Gabriel nirringrazzjaw lil dawk il-persuni li b'xi mod jew iehor ghenu sabiex tkun tista’ tittella’ din il-wirja b'success. Minn qalbna nawguraw l-Ghid it-Tajjeb lil Kulhadd. 5 ta' April - Purcissjoni ta' Hadd il-Palm f'Hal Balzan 2009. 73 ritratti, 1 gazzetta u 1 video ahbarijiet (Net)
2 ta' April -
Niehdu sehem... Ftuh tal-Wirja
Birkirkara 2009.
7 ritratti
1 ta' April -
Ftuh tal-Wirja tal-Gimgha
Mqaddsa 2009.
18 ritratti
29 ta' Marzu - Niehdu sehem... Ftuh tal-Wirja Mdina 2009. 1 ritrat u 1 video
2008 23 ta' Marzu - Is-sehem taghna fil-purcissjoni ta' l-Irxoxt ta' Birkirkara.
23 ta' Marzu - Jum l-Irxoxt f'Hal Balzan.
21 ta' Marzu - Il-Wirja tal-Gimgha Kbira.
12 ta' Marzu -
Ftuh tal-Wirja,
"AGHMLU DAN B’TIFKIRA TIEGHI!".
7 ta' Marzu -
Il-Wirja tal-Gimgha Kbira u
Purcissjonijiet 2008.
Is-sehem
taghna fil-Purcisjonijiet.
2007 Is-Sotto Kumitat Zghazagh fi hdan il-Kazin tal-Banda San Gabriel ilu jesebixxi fil-Kazin il-Wirja tal-Gimgha Mqaddsa mis-sena 2001. Ta' kull sena l-preparazjonijiet jibdew proprju ezatt kif jghaddu l-festi tal-Milied. Hafna gimghat shah ta' xoghol kontinwu biex b'success kbir sena wara l-ohra naraw wirja sostanzjali. Ta' kull sena tista’ tara diversi xogholijiet godda. F’din il-wirja wiehed jista’ jara mhux biss xi sett statwetti izda hafna xogholijiet interessanti li wiehed jista’ jara u japprezza, u proprju dan li jaghmel l-isem ta' Wirja b'Differenza. Wirja 2007 Din is-sena fil-Kazin tal-Banda San Gabriel beda progett ta’ bini gdid fil-Kazin, fejn ser isir basement u sala kbira fuq is-sala prezenti. Ghaliex qed nghidu dan??? Dan wasal biex ghal din sena BISS, minhabba xoghol ta’ kostruzzjoni, mhux ser ikun armat certu xenarju u vestwarju li kienu jkunu armati fis-snin ta’ qabel. Ghalhekk niskuzaw ruhna ma’ dawk id-dilettanti kollha li ta’ kull sena jigu jzuru l-wirja taghna. Izda, ghalkemm l-ispazju huwa limitat, il-wirja ser issir xorta wahda. Il-wirja tibda proprju minn barra l-Kazin fejn wiehed jista’ jara 2 bandalori bis- sapraporti mill-isbah. Imbaghad, jinghata bidu ghal-wirja proprju fl-intrata tal-Kazin fejn mis-sena 2005 bdiet tintrama meravilja…din tinbidel fi stil ta' kappella zghira grazzi ghal Jesmond Agius li rregala salib kbir li hadem hu stess minn injam mastizz ta' l-iroko u l-kewba. Barra dan is-salib hemm ukoll jakkumpanjaw zewg gandlieri antiki ta' l-injam mislufa lilna minn Benny’s Antiques. Il-wirja tkompli f’kamra ohra fejn ikun hemm ic-cena ta' l-Appostli b’figura statika ta' Gesu Kristu. Din is-sena l-mejda ta’ l-appostli ser tkun akkumpanjata minn zewg appostli ohra life size. Dawn inhadmu mill-stess artist li hadem l-figura ta’ Kristu Rxoxt, l-istatwarju Balzani Ramon Camilleri McKay. Fl-stess kamra din sena wiehed jista’ jara wkoll il-Golgota (minjatura ta' triq tas-salib) bi stil differenti fuq xoghol ta’ Franklin Leeks Is-sehem taghna f’diversi Purcisjonijiet madwar Malta u Ghawdex. Sodisfazzjon iehor ghat-tielet sena konsekuttiva hu l-istediniet li jkollna minn diversi postijiet biex nilbsu l-ilbies li jkun qed jigi esebit matul il-wirja u ohrajn godda li saru din sena b’total ta’ aktar minn 70 kostum. Il-postijiet li niehdu sehem huma dawn… fil-pageant li ssir gewwa r-Rabat Ghawdex ezattament din is-sena ser issir fl-24 ta’ Marzu 2007, fil-purcisjoni ta' Hadd il-Palm f'Hal Balzan li ser issir fl-1 ta’ April 2007, f'diversi lokalitajiet fil-Gimgha l-Kbira fis-6 ta’ April 2007 u naghlqu fil-purcissjoni ta' l-Irxoxt gewwa Birkirkara l-Hadd 8 ta’ April 2007. Purcissjoni ta’ Hadd il-Palm f’Hal Balzan… TKOMPLI TIKBER! Din is-sena hija r-raba’ darba li ser tigi organizzata l-purcissjoni ta’ Hadd il-Palm. Dawk prezenti ser ikunu jistghu jaraw illi minn sena ghal sena din il-purcissjoni qed tkompli tikber. L-ammont ta’ persunaggi li din is-sena ser jiehdu sehem huwa ta’ aktar minn 70. Dan seta’ jsehh biss grazzi ghall-membri attivi tal-Kazin li ghal dawn l-ahhar gimghat qattghu l-hin taghhom fis-swali tal-Kazin iffasslu l-kostumi. Fost l-ilbies gdid li ser naraw jinkludu appostli, armerija Lhudija u Rumana, Kajfas, Gesu’ u aktar. Ghall-ewwel darba din is-sena l-purcissjoni ser tibda mill-Kazin fl-10.20am, wara l-quddies ta’ 9.30am u tispicca fl-11.25am. Taqbad it-triq ghall-pjazza u tibqa’ niezla ghal Triq it-Tlett Knejjes u ddur ghal Triq il-Providenza fejn imbaghad tkompli ghal hdejn il-Buon Pastur, Triq Sisner, Triq San Valentinu u tibqa’ sejra ghal Triq il-Kbira sa quddiem il-Kazin. Wara li taqra dan l-artiklu jkun jonqos biss haga wahda… il-presenza tieghek f’Hadd il-Palm gewwa Hal Balzan, f’1 ta’ April 2007 f’10.20am. Is-Sapport tieghek ikompli jzid l-hegga liema bhala f’dawn iz-zghazagh ghas-snin li gejjin. Narawkhom! Filwaqt li nheggu li d-dilletanti kollha biex jattendu kemm il-wirja kif ukoll fil-purcisjonijiet, f'isem is-Sotto Kumitat Zghazagh San Gabriel nirringrazzjaw lil dawk il-persuni li b'xi mod jew iehor ghenu tittella’ din il-wirja b'success u fl-organizzazjoni kbira li kellna fil-purcissjonijiet madwar Malta u Ghawdex. Minn qalbna nawguraw l-Ghid it-tajjeb lil kulhadd.
Ritratti:
Pageant
Rabat Ghawdex 24-3-2007 Ftuh Wirja 28-3-2007 Purcissjoni ta' Hadd il-Palm f'Hal Balzan 1-4-2007 L-Ghid, l-Irxoxt f'Hal Balzan 8-4-2007 Purcissjoni ta' l-Irxoxt f'Birkirkara 8-4-2007
Tifkiriet tal-Wirja 2007
Is-Sotto Kumitat Zghazagh San Gabriel jirringrazzja lill: President u Kumitat Centrali Ghaqda tan-Nar San Gabriel Sotto Kumitat Nisa San Gabriel Kappillan Dun
Kalcidon Vassallo, Mons. Tarcisio Delicata, Ramon Camilleri Mckay, Ruben de Gabriele, Valent Chetchuti, Lino
Ciappara, Franklin
Leeks, Tonio Zammit, Victor Galea, Herman Mifsud, Michelle Aguis, Silvio
Cassar u M.U.S.E.U.M. Subien Balzan. Monlung Woodworks, EUROIM-JSM Ltd., Design Elements, Deguara Ironmongery, Horace Micallef Ltd., ESAB Firm john Pullicino, Benny's Antiques, Pizzeria San Gabriel & Sapiano Caterer.
GRAZZI MILL-QALB!
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||