|
Gabriel Pullicino twieled Hal Balzan nhar l-4 t’April, 1936. Minn ckunitu wera interess fil-qasam Balzani, fil-fatt insibuh jghin lil missieru fil-hruq tal-maskli ghall-okkazjoni tal-festa titulari tal-Lunzjata. Fl-1948 kien jassisti lil missieru meta kien jghasses mal-qanpiena l-kbira qabel ma tpoggiet fil-kampnar tal-Knisja Parrokkjali. Fil-bidu tas-snin Hamsin ghamel diversi xogholijiet fosthom fic-Cimiterju tal-Parrocca, kif wkoll fi tqeghid tat-travi u l-fallakki meta saret il-pittura tal-kappellun tar-Ruzarju. Huwa okkupa diversi karigi fosthom Vici-President tal-Kazin Marija Annunzjata kif wkoll Segretarju tal-Kazin Nazzjonalista bejn l-1974 u l-1987. Fl-1961 Gabriel dahal membru fil-Kazin tal-Banda San Gabriel u bejn l-1962 u l-1966 insibuh membru tal-kumitat fil-kariga ta’ arkivista. F’dan il-perjodu kien jaghti l-ghajnuna fil-festa tal-Madonna ta’ l-Abbandunati fil-Wardija fejn din is-Socjeta’ kellha sehem attiv. Huwa kien jinzel bil-pont biex jintrama id-disinn mal-faccata tal-knisja, xoghol li kien jaghmlu mal-mibki Karmnu l-Patrakk kif wkoll ma’ Piju Ebejer. Imma nahseb li haga li kellu ghal qalbu…barra l-familja…kienet li hu ghamel 32 sena jerfgha fil-vara tal-Lunzjata.
Fl-1990 insibuh jaghti sehmu
fit-twahhil ta’ l-ghajn ta’ l-ilma li tinsab biswit iz-zuntier
tal-knisja. Dan l-ghajn ta’ l-ilma hija replika ta’ dik originali u giet
irregalata lis-Socjeta mill-mibki l-President On Bejn l-1993 u l-1995 serva bhala Segretarju mal-President Guido Borg. F ‘dan il-perjodu huwa gabar il-finanzi mehtiega ghall-istatwa ta’ l-Arkanglu San Gabriel. Din l-istatwa tingarr fil-marc ta’ l-ahhar tridu bis-sehem tal-Banda San Gabriel u tigi mtellgha fuq pedestal biswit il-kazin. Huwa zebghah it-trofej u l-kolonni l-kbar kif wkoll ghamel diversi xogholijiet ghall-pedestall ta’ l-anglu. Gabriel Pullicino ta’ sehmu wkoll fil-karnival ta’ l-imghoddi, fuq id-disinji li jinsabu fl-intrata tal-kazin, kif ukoll fil-blokka ta’ l-arblu l-gdid li saret fl-2005. Huwa nhatar Membru Onorarju waqt laqgha tal-kumitat li saret nhar il- 5 ta’ Settembru, 2006 . Gabriel halla din id-dinja biex jiltaqa’ mal-Mulej u ma’ Ommna Marija Annunzjata nhar il-Hadd 4 ta’ Marzu 2007. |
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |