Ktieb tal-Festa                                              Poster

Programm tac-Celebrazzjonijiet tal-Festi Esterni organizzati mis-Socjeta Muzikali San Gabriel fl-okkazjoni tal-festa titulari ta’ Marija Annunzjata – Patruna ta’ Hal Balzan,

Mis-27 ta’ Gunju sat 12 ta’ Lulju 2009

Is-Sibt  27 ta’ Gunju 2009

Fit-8.30pm;  Barbecue Night fil-gnien tal-kazin, Kulhadd huwa mistieden, prezz €13 il-kbar, €6.50 it-tfal u tfal taht l-10 snin b’xejn. Ghal din l-attivita jkollna Live Entertainment. Booking mill-Bar tal-kazin.

Il-Hadd 28 ta’ Gunju 2009

Fit-8.30pm; FESTA Gatherting with DJ Pierre Cordina.  Fil-gnien tal-kazin, attivita organizzata mis-sotto kumitat zghazagh. Dhul B’XEJN. 

 

It-Tlieta 30 ta’ Gunju  2009

Fis-7.30pm; Lejla ta’ Nostalgija, harsa lejn l-imghoddi fil-gnien tal-kazin mill-istoriku Balzani Carmel Bezzina B.A., M.A., M.ED. CO. [Bristol].  
Bħala parti mill-festi f’ġieħ Marija Annunzjata, nixtiequ nistednukom għal serata mill-istoriku Balzani Carmel Bezzina, li teħodna lura fis-snin għal erbgħin sena ilu, 1968. F’din is-serata, li sejjaħnielha Lejla ta’ Nostalġija, se jkollna l-opportunitŕ li nġeddu l-memorji ta’ nies għeżież li għamlu isem lil Ħal Balzan u li ħadmu bis-sħiħ għall-festa tal-Lunzjata. Dawn il-persuni se jkollna l-okkażjoni li mhux biss narawhom fl-album tar-ritratti tagħna fuq Big Screen, imma wkoll nisimgħu leħinhom kif irrekordjat minn fuq il-mezz tax-xandir li kellna dak iż-żmien – ir-Rediffusion. Tiftakruhom lill-Mons. F.S. Zahra u lill-Kan. Dun Karm Sciberras, żewġ eks-kappillani ta’ Ħal Balzan? U lil Dun Ġwann Dimech, li m’ilux li ħalliena? Tiftakruh lill-Konti Manduca, lil Pawlu Grima, u lil Bramu l-mastrudaxxa? Dan biex ma nsemmux lil Valent Azzopardi tan-nar, Ġorġ Muscat (il-landier), u Karmnu Gauci (id-Dingejru). Magħhom jidħlu wkoll Ġużč Cassar Pullicino, Peppinu Farrugia, il-Prof. Ġużč Aquilina, Philip Callus, Gabriel Caruana, Piju Ebejer u t-tabib Pawlu Cassar. Dawn kollha, flimkien ma’ oħrajn li għadhom magħna, se jkollna l-opportunitŕ li nisimgħu leħinhom ħaj. Minn qalbna nixtequkom tkunu magħna għal din il-Lejla ta’ Nostalġija, u tistidnu aktar familjari li zgur ser jihdu pjacir b’din nostalgija tal-familjari taghhom, li se ssir fil-bitħa tal-Każin tal-Banda San Gabriel nhar it-Tlieta, 30 ta’ Ġunju, fit-8.15 p.m. B’dan il-mod nagħtu ġieħ ukoll lil dawn l-għeżież li l-memorja tagħhom ma nixtequhiex tgħib minn fostna.

Il-Hamis 2  ta’ Lulju 2009

 Fis-6.00pm;  Kuncert fil-gnien tal-kazin. Il-Banda San Gabriel tkun taht id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Vella. Jiehu sehem l-Amadeus Chamber Choir li jkun taht id-direzzjoni ta’ Mro. Brian Ceffai.

Il-Gimgha 3  ta’ Lulju 2009

Fid-8.00pm ; Riceviment ghall-membri u l-benefatturi tas-Socjeta; Isiru diskorsi ta’ l-okazzjoni u jiqassmu tifkiriet ta’ apprezzament. Kull minn hu mistieden ghal din l-okazzjoni ghandu jircievi invit.

Is-Sibt  4  ta’ Lulju  2009

Fid-9.30am; Zjara lil anzjani li jghixu wehidhom fil-parrocca, kif ukoll lil dawk li huma residenti fi djar ta’ l-Anzjani. Jinghataw tifkira  ta ‘ l-okkazjoni

Fit-8.30pm; Buffet Pasta Night fil-gnien tal-kazin. Ghal din l-attivita jkollna Live Entertainment. Kulhadd huwa mistieden, prezz €13 il-kbar, €6.50 it-tfal u tfal taht l-10 snin b’xejn.  Booking mill-Bar tal-kazin.

Il-Hadd 5  ta’ Lulju 2009

Fit-8.00pm; Tombla Night Party fil-kazin Prezz  €7 Booking mill- Bar tal-kazin. Jigi mqassam ikel u xorb ghal din l-okkazjoni.

It-Tnejn 6 ta’ Lulju 2009

Fis-6.30pm; Quddiesa fil-knisja parrokjali ghal membri tal-kazini tal-baned u l-ghaqdiet kollha tal-parrocca. Il-Membri huma mhegga biex jattendu.

Fis-7.30pm; Mixghela Generali

Fis-7.30pm ; Hrug tal-vara artistika ta’ Marija Annunzjata min-nicca. Il-banda San Gabriel ssellem bid-daqq ta’ l-Ave Marija. Wara l-banda San Gabriel taghmel marc li jibda minn Triq l-Gherusija – Triq Antonio Bosio -  Triq Dun Gwann Zammit Hammett – Triq Sir A.. Micallef – Triq Balaguer – Triq iz-Zekkuk – Triq Santa Marija – Triq il-Kbira [Posta ] - Triq Valent Muscat – Triq il-Papa Alessandru – Triq San Valentino – Triq il-Kbira sal Pjazza Bertu Fenech – Triq il-Kbira – Kazin San Gabriel.

It-Tlieta 7 ta’ Lulju 2009

Fit-8.30pm; Marsovin Wine & Beer Festival fil-gnien tal-kazin. Dhul B’XEJN. Live entertainment matul is-serata. Diversi stands ta’ l-inbid u birra bi prezzijiet specjali, hobz u helu tradizzjonali, mejda tal-qubbajt, prodotti tal-preserves b’risq id-Dar tal-Providenza u affarijiet ohra f’ambjent ta’ Festa!

L-Erbgha 8  ta’ Lulju 2009 – L-Ewwel Jum ta-Tridu

Fis-7.30pm;  Mixghela Generali 

Fis-8.00pm;  Kuncert Generali fil-gnien tal-kazin. Il-Banda San Gabriel tkun taht id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Vella. Jiehu sehem l-Amadeus Chamber Choir li jkun taht id-direzzjoni ta’ Mro. Brian Ceffai.

Il-Hamis 9  ta’ Lulju 2009 – It-Tieni Jum tat-Tridu

Fit-8.00pm; Mixghela Generali 

Fit-8.00pm; Il-Banda San  Gabriel taghmel marc li jibda minn Triq Sigismondu Dimech – Triq l-Annunzjata – Triq il-Kbira - Triq Santa Marija – Triq il-Kbira sal kazin, fejn il-Banda San Gabriel tesegwixxi programm muzikali fuq il-pjancier. Jiehu sehem il-Amdaeus Chamber Chior li jkun taht id-direzzjoni ta’ Mro. Brian Ceffai. Il-banda San Gabriel tkun that id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Vella bl-ghajnuna ta’ l-assistant surmast Tony Carbonaro. Kulhadd huwa mistieden.Ser ikun hemm siggijiet ghad-dispozzizjoni tal-pubbliku biex ikun jista jigi segwit il-programm. Imexxu l-Programm Marlene Abela u Joe Vella. Din sena ser jinghaqdu mall-Banda San Gabriel George Curmi l-Puse`, Tenur Andrew Sapiano kif ukoll Gorgina u Ryan Abela. Spetaklu li mghandux jintilef lejn l-ahhar tal-Programm fejn l-kapacita tal-Banda tinghaqad ma nar sinkronizat ghas-silta Thunder & Lightning ta’ Johann Strauss!

Il-Gimgha 10 ta’ Lulju 2009 – L-ahhar Jum ta-Tridu 

Fit-8.30pm ; Mixghela Generali

Fid-9.00pm ; Fil-pjazza z-zewg baned ta’ Hal Balzan San Gabriel u Marija Annunzjata fil-presenza tal-kappillan Rev. Dun Kalc Vassallo ddoqqu l-Ave Marija. Wara l-banda San Gabriel takkumpanja l-istatwa ta’ San Gabriel fost il-briju tal-partitarji u jimxu ghal        Triq il-Kbira – Triq Santa Marija – Triq il-Kbira sal kazin. Hawnekk wara l-banda ddoqq diversi inijiet f’ gieh San Gabriel , l-istatwa tigi mtellgha fuq il-pedestall maestuz biswit il-kazin.

Is-Sibt 11 ta’ Lulju 2009 – Lejliet il-Festa

Fit-8.00pm; Mixghela Generali

Fit-8.30pm; Il-Banda Sant Elena ta’ Birkirkara taghamel marc li jibda minn Triq Sisner – Triq San Valentino – Vjal il-Papa Alessandru – Triq Idmejda – Triq San Valentino – Triq Santa Marija – Triq il-Kbira .sal Knisja.

Il-Hadd 12  ta’ Lulju 2009 – Jum il-Festa – Jum is-Socjeta

Fis-6.30pm ; Il-Banda Kings Own tal-Belt Valletta taghmel marc li jbda minn Triq il-Kbira [ Posta ] Triq il-Kbira sa fuq iz-zuntier tal-knisja.

Fis-7.30pm;  Mixghela Generali

Fis-7.30pm; Waqt il- Hrug tal-purcissjoni bl-istatwa artistika ta’ Marija Annunzjata paqtruna ta’ Hal Balzan jindaqq l-innu Ave Marija kompozzizjoni ta’’ Charles Gounod. Jakkumpanja il-banda Kings Own it-tenur Andrew Sapiano.

Fid-9.00pm; Il-Banda Stella Maris ta’ tas-Sliema takkumpanja l-purcissjoni minn Triq Sisner – Triq San Valentino – Triq Santa Marija – Triq iil-Kbira – kantuniera Triq San Valentino.

Fl-10.30 pm;  Waqt id-dhul tal-vara il-banda Kings Own idoqq l-Innu   Ave Marja kompozzizjoni ta’ Charles Gounod, jakkumpanja l-banda Kings Own it-Tenur Balzani Elia Cassar.  

Fil-11.00pm; Il-Banda Stella Maris ta’ tas-Sliema idooq diversi marci fil-marc ta’ l-ahhar li jibda minn hdejn il-kazin Triq il-Kbira – Triq Santa Marija – Triq il-Kbira sal kazin fejn tigi fi tmimha l-festa tal-Lunzjata 2009. 

Ritratti ohrajn tal-Festa 2009...

B’sodisfazzjon u b’wicc ilkoll ferhan, fi tmiem il-marc tal-ahhar mill-Banda mistiedna l-Banda Stella Maris ta’ Tass-Sliema, il-partitarji Balzanin ilkoll kantajna kburin…’Gabrijeli, l-qawwa t’Alla, minn gos-sema Ambaxxatur, minn go Nazaret fis jittajjar, ghal quddiem Omm is-Salvatur. 

Kienet ghal darb’ohra festa kbira…FESTA ECCELLENTI.  Dan qed nghiduh ghax kienet festa success minn kull att.  Ibda mic-celebrazzjonijiet interni…il-Balzanin ikkonkorrew.  U xi nghidu ghall-muzika.  Il-muzika tal-Familja Nani taghmlek kburi li c-celebrazzjonijiet li jsiru ad unur il-Lunzjata f’Hal Balzan tindaqq muzika ta’ livell enormi.  Prosit lil Maestro di Cappella s-Sur Lawrence Scicluna u l-Kor Marija Annunzjata ghall-impenn u d-dedikazzjoni li wrew tul is-servizzi li kellhom jaghmlu.  Ma jistax jonqos nghidu grazzi lill-Kappillan Dun K. Vassallo ghall-organizzazzjoni tal-festi interni.  Prosit ukoll lis-Sagristan Valent Chetcuti u t-tim tieghu li b’dedikazzjoni kbira jarmaw il-Knisja bl-akbar reqqa.  Nafu nies li jigu Hal Balzan apposta sabiex jaraw il-Knisja Parrokkjali armata. 

Il-festi ta’ barra kienu jikkumplimentaw ghall-festi ta’ gewwa.  Il-marc mill-Banda San Gabriel fil-hrug min-nicca beda l-festi.  U xi nghidu ghall-Programm Muzikali li l-Banda San Gabriel tellghet.  Success kbir mill-Banda San Gabriel li sena wara l-ohra qed tkabbar isimha u taghmlu aktar u aktar popolari tant li l-Programm Muzikali tat-2 Jum tat-Tridu attendiet massa kbira ta’ nies halli jisimghu l-kapacita’ tal-Banda San Gabriel kif ukoll jaraw x’jafu jaghmlu l-Balzanin meta fis-silta Thunder n Lightning ta’ Johann Straus II, il-Banda kienet sinkronizzata mal-loghob tan-nar.  Prosit ukoll lis-Surmast Direttur Mro. J. Vella u l-Assistant Surmast Mro. A. Carbonaro. ghall-mod kif mexxew dan il-programm.  It-talenti ta’ Gorg ‘il-Puse’ Curmi flimkien ma’ Georgina Abela u binha Ryan komplew ghamlu dan il-programm ta’ livell kbir. 

Il-marc tal-ahhar tat-tridu jew kif inhu maghruf il-marc tal-Anglu kien espressjoni ta’ ferh kbir mill-partitarji tal-Banda San Gabriel.  Il-qofol kien it-tlugh tal-istatwa tal-Arkanglu Gabriel.  Il-ferh deher ukoll mal-kxif tal-logo mis-Sotto-Kumitat Zghazagh li b’logo ferm addattat urew dak li s-sena d-diehla s-Socjeta’ sejra ghalih…id-90 sena mit-twelid ta’ din is-Socjeta’.  Mhux ta’ b’xejn il-logo…Il-Glorja tal-Imghoddi, Garanzija tal-Gejjieni.    

Lejliet il-festa rajna l-Banda Sant’Elena taghmel marc matul it-toroq Balzanin.  Imbaghad xi nghidu ghan-nar tal-art.  Success iehor, l-aktar minhabba l-fatt li t-tapit sar Alan Deguara.  Imbaghad il-Hadd kien hemm il-Banda Cittadina Kings’ Own tal-Belt Valletta li sellmet lill-istatwa tal-Lunzjata fil-hrug tal-purcissjoni.  Il-vuci ta’ Andrew Sapiano akkumpanjat il-hrug tal-istatwa, u mat-tmiem tal-Ave Maria naraw xeni mill-isbah ta’ karti kkuluriti jtiru, bziezaq telghin ‘il fuq u kaxxa nfernali.  Atmosfera unika!  Parti kommoventi ghal din is-sena waqt il-purcissjoni kienet meta hdejn il-Kappella ta’ Santa Marija, il-kantant popolari Renato kanta l-Ave Maria hekk mal-wasla tal-istatwa tal-Lunzjata hdejn l-istess Kappella. 

Anke d-dhul kien wiehed emozzjonanti…il-qari tal-poeta Balzani Gorg Borg, il-kant tal-Ave Maria minn Elia Cassar u l-akkumpanjament ta’ kaxxi nfernali kkuluriti.  Il-marc ta’ tmiem il-festa kien wiehed li juri espressjoni ta’ ferh, li kollox mar kif mistenni, ta’ success enormi.  Mhux ta’ b’xejn matul il-jiem tal-festa kantajna…’O Marija Annunzjata, ahna lkoll il-Balzanin, lilek naghti gieh u qima, ghaliex ahna bik tassew kburin’.

Jekk ghandek jew taf lil xi hadd li ghandu ritratti tal-Festa 2009 u tixtieq li narawhom ahna ukoll, niehdu pjacir hafna. Tista tikkuntatjana fuq e-mail info@stgabrielbandclub.com jew deguarae@melita.com jew icempel 21445840 jew 79093057 jew tasal wasla sal-Kazin u saqsi ghal xi membru tal-Kumitat. Grazzi hafna ta' l-ghajnuna dejjem!!! 
 
bullet

Aghfas hawn biex thalli l-kummenti tijak fil-guestbook dwar il-Festa 2009... GRAZZI!

13 ta' Lulju - Att. Vandalu fuq l-armar tal-Festa. 
3 persuni harqu bandalora gdida bejn il-lejl tal-Hadd u t-Tnejn wara li kienet ghadha kif intemmet il-festa tal-Lunzjata gewwa Hal Balzan.  Stmerrija kbira ghal dan l-att vandalu mill-komunita’ ta’ Hal Balzan wara li temm gimgha ta’ celebrazzjonijiet sbieh hafna ad unur Marija Annunzjata. Il-Pulizija qabdet lil dawn il-persuni u ser tiehu passi kontrijom.

Related article on www.di-ve.com
http://www.di-ve.com/Default.aspx?ID=72&Action=1&NewsId=62275&newscategory=36

13 ta' Lulju - Provokazzjoni minn nies mhux maghrufa...
Tnejn, l-ghada tal-Festa ta' Marija Annunzjata f'Hal Balzan 2009, persuni mhux maghrufa wehlu tebut tal-kartun ma tabella faccata tal-Kunsill Lokali ta' Hal Balzan. Il-Kazin tal-Banda San Gabriel jikkundana dawn l-affarijiet irresponsabli u ta' nuqqas ta' maturita. Pulizija ghaddejja bl-investigazzjoni taghha.



© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.