Nixtieq nibda dan l-appell sabiex nitlob lill-poplu Balzani japprezza l-hidma kontinwa li jaghmlu l-membri taghna matul is-sena kollha. Meta qieghed nghid hidma kontinwa jfisser wkoll li maghha iggib certu sagrificcji, kemm ghall-istess individwu kif wkoll ghall-membri tal-familja tieghu. Dan ix-xoghol jirrikjedi f'oqsma principali - ix-xoghol manwali li jikkonsisti f'manutenzjoni ta' l-armar matul is-sena kollha u hidma sfrenata f'dak ix-xahar u nofs tal-jiem tal-festa. Izda mbaghad tibqa l-aktar bicca ugigh ta' ras, minn fejn il-kumitat ser jirnexxilu jigbor is-somma ta' xi Lm5,000 sabiex taghmel tajjeb ghall-ispejjez mehtiega. 

Jien minn hawn nixtieq naghmel appell lill-Balzanin kollha kif ukoll lil dawk li gew joqoghdu Hal Balzan ghax issa saru parti mir-rahal taghna. Nitlobom ikun generuzi maghna specjalment meta l-membri tal-kazin johorgu jigbru l-Hadd filghodu. Dan qieghed nghidu ghaliex is-somma li tingabar mill-gbir bieb bieb tlahhaq Lm1,000. Wiehed irrid izomm f'rasu li s-Socjeta taghna tiehu hsieb il-festi ta' barra kolla li jsiru naha ta' fuq tar-rahal, jigifieri baned, armar ta toroq, nar ta' l-ajru u ta' l-art, kif ukoll sahansitra l-armar tal-knisja bid-dawl minn barra. S'issa bis-sahha ta' kulhadd dejjem irnexxielna naslu ghall-ghanjiet taghna u fiducjuzi li hekk se nkomlu l'quddiem. Jista jkun li fiz-zmien li gej se nsibu aktar xoghol quddiem wiccna. Dan ghaliex is-Socjeta taghna bi hsieba tipprogetta bini ta' basement u sala fuq n-naha ta' wara l-kazin. Pero fl-ahhar mill-ahhar, fejn hemm is-serjeta - li zgur s-Socjeta taghna maghrufa ghaliha - flimkien mad-determinazzjoni tal-membri attivi taghna, ser inwettqu progett li jaghmel gieh lis-Socjeta taghna.

Nixtieq naghmel appel wkoll ghal dawk il-membri li ghadhom lura fil-hlas tat-tesserament biex jaslu wasla sal-kazin mis-6.00pm sa 8.00pm u jgeddu it-tesserament.

Qabel naghlaq dan l-appell nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-ex-kaxxier, is-Sur Joe Attard ghall-hidma li wettaq b'risq il-kazin taghna, kif ukoll ghall-ghajnuna li tani kull meta tlabtu.

F'isem il-President u l-Kumitat nirringrazjakom ta' kollox.



© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main Street, Balzan.  Tel: +356 21 445840.
Designed and Maintained by
Saviour Deguara - Photos & Information gathered by Silvio Cassar, Chantal Farrugia & John Pullicino.