|
Minn Joseph Spiteri
Bramu,
kif kien maghruf min kulhadd, kien jiehu sehem u jinkorraggixxi lill-membri
f’dak kollu li kienet torganizza s-Socjeta taghna. Huwa dam jiehu hsieb l-organnizzazjoni
tal-festa ta’ Marija Annunzjata ghal sitta u tletin sena shah. Kien
attiv, f’dak kollu li kien jinhtieg ghal-festa u l-kazin, bhal perezempju
jigbor bieb bieb ta kul nhar ta hadd, sabiex jigbor il fondi mehtiega. Mhux l-ewwel
darba li ghamel tajjeb minn butu meta ma kinux iservu ghall-iskop li kien jigbor
ghalih. Kien il-factotum ta’ l-armar tal-festa. Kellu hila kif juza l-lexxuna
sabiex johloq xi kavilja kif jixtieq hu. Ta’ minn jghid ukoll li Bramu kien
mastrudaxxa ta’ sengha kbira, u kien armat ghal-rasu. Hadem diversi
xogholijiet kbar, kemm go vilel privati, u anke knejjes, fosthom l-antiporta
tal-knisja tar-rahal, u stabbilimenti ohra madwar malta. Meta matul is-sena kont tidhol sal-kazin, kont issib lil Bramu jirrestawra jew jizbogh xi bicca armar tal-festa. Izda zgur mhux forsi li l-aktar haga gal qalbu kienet il-banda San Gabriel. Min jaf kemm hadem Bramu hamsin sena ilu, sabiex flimkien ma’ shabu jaraw din il-holma issir realta. Kien membru fl-ewwel kummissjoni li twaqqfet biex tiehu hsieb il-bzonnijiet tal-banda. Huwa mill-ewwel ha l-inkarigu sabiex jahdem plancier ghall-banda. Bramu kien ukoll wiehed mill-bandisti ewlenin tal-banda. Huwa kien idoqq trombone cantabile, fejn baqa’ jaghti sehem tieghu sakemm taghtu sahhtu. Meta wiehed kien jistenna li Bramu seta’ jaghti aktar hidma lill-Kazin peress li kien irtira mix-xoghol, qabditu marda, li tellfitu hafna mill-attivita’ li kien ihobb tant. Huwa halla din id-dinja nhar l-20 ta’ Marzu 1987. |
|
© copyright 2003 - 2007 St.Gabriel Band Club Balzan A.D. 1920, Main
Street, Balzan. Tel: +356 21 445840. |